Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0039

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/39(2)/oj

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal ċerti pestiċidi f’ċerti prodotti (3) jew fuqhom għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1).”.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 R 0750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2010 tas-7 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1).”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 750/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 15.

(3)  ĠU L 220, 21.8.2010, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top