Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0037

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 4–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/37/oj

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u slavaġ oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodott minn Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv tal-għalf għas-salmonidi (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1091/2009 li jikkonċerna l-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755) u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 dwar tal-użu ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf li fih id-diklażuril, il-monensin sodiku u n-nikarbażina (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala adittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 943/2005 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ Clostridium butyricum FERM-BP 2789 bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2380/2001 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf maduramiċin ammonju alfa (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(16)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 109/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf monesin sodiku (16) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (17) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(18)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Vitamina B 6 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (18) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(19)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf li fih aċidu formiku (19) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (20) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(21)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (21) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (22) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(23)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għan-nitrit, il-melamina, l-Ambrosia spp. u t-trażmissjoni ta’ ċerti koċċidjostati u istomonostati u li jikkonsolida l-Annessi I u II għaliha (23) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(24)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar Katalgu tal-materjali tal-għalf (24) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(25)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 tal-31 ta’ Awwissu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (25) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 171/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 (26) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(27)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010 (27) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(28)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi segwenti jiżdiedu fil-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32011 R 0388: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3),

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001):

“—

32011 R 0406: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2011 tas-27 ta’ April 2011 (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 11).”;

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004):

“—

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).”.

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0171: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11).’;

5.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 1zzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005):

“—

32011 R 0221: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3).”;

6.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32011 R 0516: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 43).”;

7.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 1zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0361: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22).’;

8.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005):

“—

32011 R 0170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8).”;

9.

L-inċiż segwenti jizdied fil-punt 1zzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007):

“—

32011 R 0495: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 6).”;

10.

It-test tal-punt 1zzzzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007) għandu jitħassar;

11.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1zzzzze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0336: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2011 tas-7 ta’ April 2011 (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 17).’;

12.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0373: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10).’;

13.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0335: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2011 tas-7 ta’ April 2011 (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 14).’;

14.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010):

“2t.

32011 R 0170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8).

2u.

32011 R 0171: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) (ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11).

2v.

32011 R 0184: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imkabbra biex ibidu, għad-dundjani, għall-ispeċi tat-tjur minuri u għasafar ornamentali u selvaġġi oħrajn, (detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33).

2w.

32011 R 0212: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1).

2x.

32011 R 0221: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2011 tal-4 ta’ Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 14223) bħala addittiv tal-għalf għas-salmonidi (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3).

2y.

32011 R 0337: Ir-iIr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19).

2z.

32011 R 0361: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala adittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 943/2005 (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22).

2za.

32011 R 0371: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6).

2zb.

32011 R 0373: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 tal-15 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ Clostridium butyricum FERM-BP 2789 bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri ħlief għasafar li jbidu, ħnienes miftuma u speċi tal-porċini (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 903/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd., irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10).

2zc.

32011 R 0388: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3).

2zd.

32011 R 0389: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7).

2ze.

32011 R 0496: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9).

2zf.

32011 R 0515: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina B 6 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40).

2zg.

32011 R 0527: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 6).

2zh.

32011 R 0528: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10).

2zi.

32011 R 0532: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).

2zj.

32011 R 0868: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 tal-31 ta’ Awwissu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 226, 1.9.2011, p. 2).”

15.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 0574: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 7).”;

16.

It-test ta’ punt 49 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010) jitħassar.

17.

Il-punt li jmiss jiddaħħal wara l-punt 50 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2010):

“51.

32011 R 0575: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar Il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 170/2011, (UE) Nru 171/2011, (UE) Nru 184/2011, (UE) Nru 212/2011, (UE) Nru 221/2011, (UE) Nru 335/2011, (UE) Nru 336/2011, (UE) Nru 337/2011, (UE) Nru 361/2011, (UE) Nru 371/2011, (UE) Nru 373/2011, (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 406/2011, (UE) Nru 495/2011, (UE) Nru 496/2011, (UE) Nru 515/2011, (UE) Nru 516/2011, (UE) Nru 527/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 532/2011, (UE) Nru 574/2011, (UE) Nru 575/2011 u (UE) Nru 868/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8.

(3)  ĠU L 49, 24.2.2011, p. 11.

(4)  ĠU L 53, 26.2.2011, p. 33.

(5)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1.

(6)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 3.

(7)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 14.

(8)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 17.

(9)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19.

(10)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 22.

(11)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6.

(12)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10.

(13)  ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3.

(14)  ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7.

(15)  ĠU L 108, 28.4.2011, p. 11.

(16)  ĠU L 134, 21.5.2011, p. 6.

(17)  ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9.

(18)  ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40.

(19)  ĠU L 138, 26.5.2011, p. 43.

(20)  ĠU L 143, 31.5.2011, p. 6.

(21)  ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10.

(22)  ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7.

(23)  ĠU L 159, 17.6.2011, p. 7.

(24)  ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25.

(25)  ĠU L 226, 1.9.2011, p. 2.

(26)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54.

(27)  ĠU L 77, 24.3.2010, p. 17.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top