Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0031

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 161, 21.6.2012, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/31(2)/oj

    21.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 31/2012

    tal-10 ta’ Frar 2012

    li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż segwenti jiddaħħal fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII ta’ mal-Ftehim:

    “—

    32011 R 0149: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 (ĠU L 46, 19.2.2011, p. 1).”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 149/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 48.

    (2)  ĠU L 46, 19.2.2011, p. 1.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top