Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0004

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 161, 21.6.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/4(2)/oj

    21.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 4/2012

    tal-10 ta’ Frar 2012

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/180/UE tat-23 ta’ Marzu 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ pakketti żgħar ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ standard ta’ varjetajiet differenti ta’ ħxejjex li jappartjenu għall-istess speċi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/468/UE) fil-Parti 2 tal-Kapitolu III tal-Anness I ta’ mal-Ftehim:

    “57.

    32011 D 0180: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/180/UE tat-23 ta’ Marzu 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ pakketti żgħar ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ standard ta’ varjetajiet differenti ta’ ħxejjex li jappartjenu għall-istess speċi tista’ tiġi awtorizzata (ĠU L 78, 24.3.2011, p. 55).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2011/180/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 19.

    (2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 55.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top