This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0156
Decision of the EEA Joint Committee No 156/2011 of 2 December 2011 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 76, 15.3.2012, p. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 156/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EU) Nru 920/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 920/2010 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim. |
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (4) ma kinitx inkorporata fil-Ftehim u għalhekk il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ rapportaġġ previsti f’dik id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-Istati tal-EFTA, |
(5) |
L-Istati tal-EFTA se jkunu inklużi fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL). L-Amministratur Ċentrali tal-EUTL ikun iwettaq il-kompiti tiegħu fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun il-korp kompetenti biex tagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-Amministratur Ċentrali b’rabta mad-dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 920/2010 għall-Istati tal-EFTA. |
(6) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007, l-Islanda kienet eżentata mill-ħtieġa li tissottometti pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-allokazzjoni lill-operaturi tal-installazzjonijiet bejn l-2008 u l-2012 m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Islanda. |
(7) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007, l-installazzjonijiet stazzjonarji fl-Islanda li setgħu waqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għall-perjodu bejn l-2008 u l-2012 kienu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva matul dak il-perjodu. Għalhekk, l-Islanda ma stabbilixxitx Reġistru Nazzjonali marbut mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (EU ETS). Kif xieraq, l-iskadenza biex jingħata bidu għall-proċedura prevista għall-ftuħ tal-kontijiet ta’ depożitu tal-operatur fir-Reġistru tal-Unjoni jeħtieġ li tiġi aġġustata. Fil-każ tal-installazzjonijiet stazzjonarji Islandiżi li għalihom diġà nħareġ permess għall-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mill-awtorità kompetenti, il-proċedura se tibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni attwali, jew mid-data li fiha jibda jopera r-Reġistru tal-Unjoni għall-Islanda, liema minnhom hi aktar tard. |
(8) |
It-tabella tal-Unjoni dwar l-allokazzjonijiet tal-avjazzjoni li tinsab fl-EUTL għandha tirrifletti l-estensjoni tal- għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, għall-Istati tal-EFTA. Għaldaqstant it-Tabella tal-Unjoni dwar l-allokazzjonijiet tal-avjazzjoni għandha tindika n-numru ta’ kwoti ta’ Kapitolu II li għandhom jiġu allokati fl-2012 madwar iż-ŻEE kollha. |
(9) |
Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li n-natura speċifika tal- u s-sistema standardizzata u sikura tar-reġistri relatata skont id-Direttiva 2003/87/KE, li jipprovdu għall-istabbiliment ta’ Reġistru tal-Unjoni, jeħtieġu regoli speċjali dwar il-ħżin u l-aċċess tad-dejta rigward ir-Reġistru tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-istandards tal-iskambju tad-dejta għas-sistemi tar-reġistru skont il-Protokoll ta’ Kyoto, u li t-trasferimenti ta’ tali kwoti jkunu kompatibbli mal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto. |
(10) |
Il-Partijiet Kontraenti jgħarfu li jeħtieġ li s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet fiskali ta’ Parti Kontraenti, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Europol u l-amministraturi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti jingħatalhom id-dritt li jakkwistaw ċerta dejta maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL f’każijiet definiti b’mod ċar għall-iskopijiet tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni u tal-prosekuzzjoni ta’ frodi, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, ta’ ħasil tal-flus, ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ reati serji kif indikat fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 920/2010. |
(11) |
Il-Partijiet Kontraenti jfakkru li l-għoti tad-drittijiet għall-informazzjoni kif imniżżlin fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 920/2010 huwa mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll l-amministrazzjoni jew l-infurzar tat-taxxa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE, u li għalhekk, ir-Regolament ma jagħti l-ebda drittijiet oħrajn lill-istituzzjonijiet imsemmija għajr dawk imsemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 75 tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test fil-punt 21an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004) tal-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi mibdul b’dan li ġej:
“32010 R 0920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a) |
Il-kwistjoni, trasferiment u kanċellazzjoni ta’ kwoti li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom, tiġi rreġistrata fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL). L-Amministratur Ċentrali jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom. |
(b) |
Id-dispożizzjonijiet marbutin mal-allokazzjoni tal-kwoti lill-operaturi tal-installazzjonijiet għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012 ma japplikawx fir-rigward tal-Islanda. |
(c) |
Fl-Artikolu 6(5), tiżdied is-sentenza li ġejja: ‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mal-amministraturi tar-reġistru ta’ kull Stat tal-EFTA u l-Amministratur Ċentrali.’ |
(d) |
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 15: ‘4. B'rabta mal-installazzjonijiet stazzjonarji Islandiżi li għalihom diġà nħareġ permess dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-awtorità kompetenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, il-proċedura għall-ftuħ tal-kontijiet ta’ depożitu tal-operatur fir-Reġistru tal-Unjoni se tibda jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew mid-data li fiha jibda jopera r-Reġistru tal-Unjoni għall-Islanda, liema minnhom tkun aktar tard.’ |
(e) |
L-Artikolu 34(1)(a) jinqara: ‘L-għadd totali tal-kwoti tal-Kapitolu II li se jiġu allokati fiż-Żona Ekonomika Ewropea fl-2012;’ |
(f) |
Is-sottoparagrafu segwenti jiżdied fl-Artikoli 35(2) u 37(2): ‘Jekk ikollhom x'jaqsmu t-tabelli ta’ pjanijiet ta’ allokazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, l-Amministratur Ċentrali jingħata l-istruzzjonijiet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’ |
(g) |
Is-sottoparagrafu segwenti jiżdied fl-Artikoli 36 u 38(3): ‘Jekk ikollhom x'jaqsmu d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati tal-EFTA dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tal-Kapitolu II, l-Amministratur Ċentrali jingħata l-istruzzjonijiet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’ |
(h) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 65: ‘6. Jekk ikollhom x'jaqsmu r-reġistri fl-Istati tal-EFTA, l-Amministratur Ċentrali jingħata l-istruzzjonijiet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’ |
(i) |
Fl-Anness XII, il-‘kwantità ta’ kwoti tal-Kapitolu II fl-2012 fl-Unjoni kollha’ tirreferi għall-kwantità ta’ kwoti tal-Kapitolu II fl-2012 madwar iż-ŻEE kollha kif determinat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 920/2010 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), liema wieħed minnhom jiġi aktar tard, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 87.
(2) ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1.
(3) ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.