EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0081

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 262, 6.10.2011, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/81(2)/oj

6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1794/2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiżdied fil-punt 66wd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“ , kif emendat permezz ta’:

32010 R 1191: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 333, 17.12.2010, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1191/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 38.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2010, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.


Top