EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0076

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 262, 6.10.2011, p. 33–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/76(2)/oj

6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3), kif ġie kkoreġut mill-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1 u l-ĠU L 204, 4.8.2007, p. 30, għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (4) għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (5) għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li qed jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza tal-benefiċċji tal-familja (9) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (10) għandhom jiddaħħlu fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (11) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tal-età u tas-superstiti (12) għandha tiddaħħal fil-Ftehim

(13)

Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (13) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (14) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (16) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(17)

Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox għajr ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu ta’ impjieg tagħhom jew ta’ xogħol għal rashom (17) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett ta’ qgħad parzjali u li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(19)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (19) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(20)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (20) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(21)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (21) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(22)

Biex il-ftehim jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 għalih għandu jkun emendat biex jinkludi l-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Anness VI għandu jkun emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dik il-Kummissjoni u l-korpi marbuta magħha.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (22), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 iħassar, b’effett mil-1 ta’ Mejju 2010, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (23), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont dan il-Ftehim.

(25)

L-atti kollha taħt l-intestaturi “Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tajjeb tagħhom” u “Atti li tagħhom il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota” ma għadhomx jintużaw u konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness VI mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-punt 5 (“Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti”) tal-Protokoll 37 (li fih il-lista pprovdut għaliha fl-Artikolu 101) mal-Ftehim għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, kif ġie kkoreġut mill-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1 u l-ĠU L 204, 4.8.2007, p. 30, (KE) Nru 987/2009 u (KE) Nru 988/2009 tad-Deċiżjonijiet Nri A1, A2, E1, F1, H1, H2, P1, S1, S2, S3, U1, U2 u U3, u tar-Rakkomandazzjonijiet Nru P1, U1 u U2 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 34.

(2)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 46.

(3)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 3.

(5)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(6)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.

(7)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.

(8)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.

(9)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.

(10)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.

(11)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.

(12)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.

(13)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.

(14)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.

(15)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.

(16)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.

(17)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.

(18)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.

(19)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47.

(20)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.

(21)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.

(22)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(23)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

It-test tal-Aness VI tal-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:

“INTRODUZZJONI

Meta l-atti msemmijin f’dan l-Anness ikun fihom referenzi għall-proċeduri li huma speċifiċi għall-ordni legali tal-Komunità, bħal

preamboli;

id-destinatarji tal-atti Komunitarji;

referenzi għat-territorji jew lingwi tal-KE;

referenzi għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-KE, l-entitajiet pubbliċi tagħhom, impriżi jew individwi relatati ma’ xulxin; kif ukoll

referenzi għal proċeduri ta’ notifika u ta’ informazzjoni;

Il-Protokoll 1 dwar l-adattamenti orizzontali għandu jgħodd, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan l-Anness.

ADATTAMENTI SETTORJALI

I.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokol 1, il-kliem ‘Stat(i) Membru(i)’ fl-atti msemmija għandhom jinftiehmu li jinkludu, flimkien mat-tifsira tagħhom fl-atti tal-KE relevanti, lill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

II.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-atti msemmija f’dan l-Anness, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, id-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sigurtà soċjali li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-KE u d-drittijiet u d-dmirijiet mogħtija lill-Bord tal-Awditjar u l-Kummissjoni Teknika, li t-tnejn li huma jifformaw parti mill-Kummissjoni Amministrattiva msemmija, għall-ipproċessar tad-dejta, għandhom jittieħdu, skont id-disposizzjoniet tal-Parti VII tal-Ftehim, mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

I.   KORDINAZZJONI ĠENERALI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ATTI MSEMMIJA

1.

32004 R 0883: Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1), kif ġie kkoreġut mill-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1 u l-ĠU L 204, 4.8.2007, p. 30, kif emendat bi:

32009 R 0988: Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw kif ġej:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 87(10):

“Fir-rigward tal-Liechtenstein, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenzi tal-Artikolu 65(2) u (3) għandhom japplikaw mill-inqas mill-1 ta’ Mejju 2012.”;

(b)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness I(I):

“L-ISLANDA

Għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007.

IL-LIECHTENSTEIN

Għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment skont il-Liġi dwar l-għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment tal-21 ta’ Ġunju 1989 kif emendata.

IN-NORVEĠJA.

Għoti bil-quddiem ta’ manteniment tat-tfal skont l-Att dwar l-għoti bil-quddiem ta’ manteniment tat-tfal tas-17 ta’ Frar 1989 Nru 2.”;

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness I(II):

“L-ISLANDA

Għotjiet ta’ somma f’darba maħsuba biex ipattu għall-kosti ta’ adozzjoni internazzjonali skont l-Att dwar l-Għotjiet għall-Adozzjoni Nru 152/2006.

IN-NORVEĠJA

Għotjiet ta’ somma f’darba mogħtija mat-twelid tat-tarbija skont l-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni.

Għotjiet ta’ somma f’darba mogħtija mal-adozzjoni skont l-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni.”;

(d)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

“L-ISLANDA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – Il-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – IN-NORVEĠJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – IL-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).”;

(e)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness III:

“L-ISLANDA

IN-NORVEĠJA”;

(f)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IV:

“L-ISLANDA

IL-LIECHTENSTEIN”;

(g)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, Parti 1:

“L-ISLANDA

L-applikazzjonijiet kollha mill-iskema bażika tal-anzjanità u l-iskema tal-impjegati tal-Istat b’benefiċċju definit.

IL-LIECHTENSTEIN

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għall-anzjanità, assigurazzjoni għas-superstiti u tal-invalidità mill-iskema tal-pensjoni statutorja kif ukoll għall-pensjonijiet għall-anzjanità, għas-superstiti u tal-invalidità mill-iskema okkupazzjonali sa fejn ir-regolamenti tal-fondi tal-pensjoni rispettivi ma jkunx fihom diżpożizzjonijiet li jikkonċernaw tnaqqis.

IN-NORVEĠJA.

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-anzjanità, ħlief pensjonijiet imsemmija fl-Anness IX.”;

(h)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, Parti 2:

“L-ISLANDA

Skema ta’ pensjoni tax-xogħol għall-anzjanità.

IL-LIECHTENSTEIN

Pensjonijiet għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità mill-iskema okkupazzjonali.”;

(i)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IX(I):

“L-ISLANDA

Pensjoni għat-tfal skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007 u pensjoni għat-tfal skont l-Att dwar Assigurazzjoni Għall-Pensjoni Mandatorja u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi għall-Pensjoni Nru 129/1997.”;

(j)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness IX(II):

“L-ISLANDA

Pensjoni tal-invalidità bħla pensjoni bażika, suppliment tal-pensjoni u suppliment tal-pensjoni relatata mal-età skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007.

Pensjoni għall-invalidità skont l-Att dwar Assigurazzjoni Għall-Pensjoni Mandatorja u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi għall-Pensjoni Nru 129/1997

IN-NORVEĠJA

Il-pensjoni Norveġiża għad-diżabilità, anke meta din tkun mibdula f’pensjoni għall-anzjanità hekk kif tintlaħaq l-età tal-pensjoni, u l-pensjonijiet kollha (pensjonijiet għas-superstiti u għall-anzjanità) bbażati fuq il-qligħ mill-pensjoni ta’ persuna mejta.”;

(k)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness X:

“IL-LIECHTENSTEIN

(a)

Għajnuna għal persuni neqsin mid-dawl (Liġi dwar l-għoti ta’ għajnuna għal persuni neqsin mid-dawl tas-17 ta’ Diċembru 1970 kif emendata);

(b)

Għajnuna tal-maternità (Liġi dwar l-għoti ta’ għajnuna tal-maternità tal-25 ta’ Novembru 1981 kif emendata);

(c)

Benefiċċji supplimentari għall-assigurazzjoni għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità (Liġi dwar benefiċċji supplimentari għall-assigurazzjoni għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità tal-10 ta’ Diċembru 1965 kif emendata).

IN-NORVEĠJA

(a)

Pensjoni supplimentari minima garantita lil persuni li jitwieldu diżabbli jew isiru diżabbli f’età żgħira skont l-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali;

(b)

Benefiċċji speċjali skont l-Att tad-29 ta’ April 2005 Nru 21 dwar l-għajnuna supplimentari lil persuni għal perjodi qosra ta’ residenza fin-Norvegja.”;

(l)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness XI:

“L-ISLANDA

1.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew l-Istati tal-EFTA huma intitolati għal pensjoni soċjali Islandiża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fl-Islanda minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Islandiża.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Islandiża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fl-Islanda, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.

2.

Fejn wieħed jintemmlu l-impjieg jew l-impjieg għal rasu fl-Islanda u l-kontinġenza tinqala’ matul impjieg jew impjieg għal rasu fi Stat ieħor li għalih japplika dan ir-Regolament u fejn il-pensjoni ta’ diżabilità tas-sigurtà soċjali u l-iskemi ta’ pensjoni supplimentari (fondi ta’ pensjoni) fl-Islanda ma jibqgħux jinkludu l-perjodu ta’ bejn il-kontinġenza u l-età pensjonabbli (perjodi futuri), perjodi ta’ assigurazzjoni skont il-leġislazzjoni ta’ Stat ieħor li għaliha japplika dan ir-Regolament għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-ħtieġa tal-perjodi futuri bħallikieku dawn kienu perjodi ta’ assigurazzjoni fl-Islanda.

IL-LIECHTENSTEIN

1.

Assigurazzjoni obbligatorja skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard għal benefiċċji in natura (“Krankenpflegeversicherung”) u eżenzjonijiet possibbli:

(a)

Id-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein li jirregolaw assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard għandhom japplikaw għall-persuni li ġejjin li mhumiex residenti fil- Liechtenstein:

(i)

persuni soġġetti għad-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein skont it-Titolu II tar-Regolament;

(ii)

persuni li għalihom il-Liechtenstein għandu jħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 24, 25 u 26 tar-Regolament;

(iii)

persuni li jirċievu l-benefiċċji tal-Liechtenstein għall- qgħad;

(iv)

membri tal-familja ta’ persuni msemmija f’(i) u (iii) jew ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tirrisjedi fil-Liechtenstein li hija assigurata skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard;

(v)

membri tal-familja ta’ persuni msemmija f’(ii) jew ta’ pensjonant residenti fil-Liechtenstein li hu assigurat skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard.

Minħabba li membri tal-familja huma meqjusin bħala dawk il-persuni li huma definiti bħala membri tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza.

(b)

Persuni li saret referenza għalihom f’(a) jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati minn assigurazzjoni obbligatorja għal benefiċċji in natura jekk u sakemm huma residenti fl-Awstrija u jistgħu jagħtu prova li huma eliġibbli għal kopertura minn assigurazzjoni kontra l-mard statutarja jew ekwivalenti fil-każ ta’ mard. L-eżenzjoni ma tistax tkun revokata ħlief fil-każ ta’ bidla tal-impjegatur.

Din it-talba

(i)

trid tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni fil-Liechtenstein; fejn, f’każijiet ġustifikati, it-talba tiġi ppreżentata wara din id-data ta’ għeluq, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sa mill-bidu tal-obbligu tal-assigurazzjoni. Persuni li diġà qed ikunu assigurati fl-Awstrija meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament fiż-ŻEE huma kkunsidrati eżenti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-Lichtenstein għal benefiċċji in natura;

(ii)

għandha tapplika għall-membri kollha tal-familja li jkollhom ir-residenza tagħhom fl-istess Stat.

2.

Persuni li qegħdin jaħdmu fil-Liechtenstein, iżda li ma għandhomx ir-residenza tagħhom hemmhekk u li għandhom kopertura tal-assigurazzjoni statutarja fl-Istat ta’ residenza tagħhom skont il-punt 1(b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament matul is-soġġorn fil-Liechtenstein.

3.

Għall-għanijiet li jiġu applikati l-Artikoli 18, 19, 20 u 27 tar-Regolament fil-Liechtenstein, l-assiguratur kompetenti għandu jħallas l-ispejjeż kollha ffatturati.

4.

Meta persuna soġġetta għad-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein skont it-Titolu II tar-Regolament tkun, fl-applikazzjoni ta’ 1(b), soġġetta, għall-għanijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, għad-dispożizzjonijiet legali ta’ Stat ieħor kopert b’dan il-Ftehim, l-ispejjeż ta’ dawn il-benefiċċji in natura għal inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-assiguratur tal-Liechtenstein kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali u l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni kontra l-mard kompetenti jekk jeżisti intitolament għall-benefiċċji in natura miż-żewġ korpi. L-assiguratur tal-Liechtenstein kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali għandu jissodisfa l-ispejjeż kollha fil-każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti lejn il-post tax-xogħol jew mard industrijali, saħansitra meta jkun hemm intitolament għall-benefiċċji minn korp tal-assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż ta’ residenza.

IN-NORVEĠJA

1.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-leġislazzjoni Norveġiża dwar tnaqqis tal-perjodu tal-assigurazzjoni li huma meħtieġa għall-pensjoni sħiħa supplimentari għall-persuni li twieldu qabel l-1937 għandhom ikunu applikabbli għal persuni li huma koperti bir-Regolament sakemm dawn kienu residenti fin-Norveġja, jew involuti f’attività li trendi bħala impjegati jew li jaħdmu għal rashom fin-Norveġja, għal dak l-ammont ta’ snin kif meħtieġ wara li jkun għalqu s-sittax-il sena u qabel l-1 ta’ Jannar 1967. Dan ir-rekwizit huwa ta’ sena għal kull sena li persuna tkun twieldet qabel l-1937.

2.

Persuna assigurata bl-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni li tipprovdi għajnuna għal min hu avvanzat fl-età u għandu bżonn l-għajnuna u hu assigurat, għal min għandu xi diżabilità jew persuni li huma morda għandhom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti, jingħatawlhom punti għall-pensjoni għal dawn il-perjodi. Similarment, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, persuna li tieħu ħsieb ta’ tfal żgħar għandhom jingħatawlha punti għall-pensjoni meta toqgħod fi Stat ieħor li japplika għalih dan ir-Regolament, sakemm il-persuna kkonċernata qiegħdha fuq il-liv tal-ġenituri skont il-liġi tax-xogħol Norveġiża.

3.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-KE jew tal-EFTA huma intitolati għal pensjoni soċjali Norveġiża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fin-Norveġja minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Norveġiża.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Norveġiża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fin-Norveġja, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.”.

MODALITAJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI TAL-EFTA FIL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI U L-KUMMISSJONI TEKNIKA GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA U FIL-BORD TAL-AWDITJAR, IT-TNEJN LI HUMA KONNESSI MAL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA, SKONT L-ARTIKOLU 101 TAL-FTEHIM:

L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed, preżenti f’kapaċità konsultattiva (osservatur), għall-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u għal-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta u tal-Bord tal-Awditjar, it-tnejn marbuta mal-Kummissjoni Amministrattiva.

2.

32009 R 0987: Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu adattati kif ġej:

(a)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 1:

“L-ISLANDA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA – IL-LUSSEMBURGU

Arranġament tat-30 ta’ Novembru 2001 dwar ir-rimbors ta’ spejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

L-ISLANDA – IL-FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA – IN-NORVEĠJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 2 sa 4 tal-Ftehim tad-19 ta’ Marzu 1998 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

IN-NORVEĠJA – IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ftehim tat-23 ta’ Jannar 2007 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż għal benefiċċji in natura previsti fir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72.

IN-NORVEĠJA – IL-PORTUGALL

L-arranġament tal-24 ta’ Novembru 2000 skont l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar ir-rinunzja reċiproka tar-rifużjoni ta’ spejjeż ta’ benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol u tal-ispejjeż inkorsi għal kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi previsti skont dawn ir-Regolamenti.

IN-NORVEĠJA – IL-FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tal-20 ta’ Marzu 1997 u tat-3 ta’ April 1997 dwar l-Artikoli 36(3) u 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rimbors u r-rinunzja ta’ rimbors tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura), u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżaminazzjonijiet mediċi).”;

(b)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 3:

“IN-NORVEĠJA”;

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 5:

“IL-LIECHTENSTEIN

IN-NORVEĠJA”.

ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA

3.1.

32010 D 0424(01): Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1).

3.2.

32010 D 0424(02): Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5).

4.1.

32010 D 0424(03): Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9).

5.1.

32010 D 0424(04): Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza mal-benefiċċji tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11).

6.1.

32010 D 0424(05): Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13).

6.2.

32010 D 0424(06): Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17).

7.1.

32010 D 0424(07): Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21).

8.1.

32010 D 0424(08): Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23).

8.2.

32010 D 0424(09): Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru S2 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Minkejja il-punt 3.3.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni, l-Istati tal-EFTA għandhom xorta waħda l-possibbiltà li jdaħħlu l-istilel Ewropej fuq il-Karti tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea maħruġa minnhom.

8.3.

32010 D 0424(10): Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40).

9.1.

32010 D 0424(11): Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42).

9.2.

32010 D 0424(12): Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43).

9.3.

32010 D 0424(13): Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett tal-‘qgħad parzjali’ li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45).

ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM

10.1.

32010 H 0424(01): Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47).

11.1.

32010 H 0424(02): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49).

11.2.

32010 H 0424(03): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51).

II.   IS-SALVAGWARDJA TAD-DRITTIJIET TAL-PENSJONI SUPPLIMENTARI

ATTI MSEMMIJA

12.

398 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta’ pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).”


Top