Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0059

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 262, 6.10.2011, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/59(2)/oj

    6.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 59/2011

    tal-1 ta’ Lulju 2011

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (2).

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 220/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1161/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar il-katina alimentari lill-operaturi kummerċjali li joperaw il-biċċeriji (4), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Id-Direttiva 2008/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE dwar il-projbizzjoni tal-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta’ ċerti sustanzi li jkollhom effett ormonali u tireostatiku u ta’ beta-agonists (6), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/436/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi (7), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (8), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (9)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (9), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/830/KE tal-11 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE taċ-Ċilì, il-Kolombja u l-Ġappun (10), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (11)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (11), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (12)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (12), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/960/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (13), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (14)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/975/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/177/KE fir-rigward tal-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri, żoni u kompartimenti għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (14), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (15)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/66/UE tal-5 ta’ Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (15), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (16)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija (16), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (17)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (17) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

    (18)

    Id-Deċiżjoni 2009/712/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE (18) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

    (19)

    Id-Deċiżjoni 2009/719/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE (19) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

    (20)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (20) ġiet inkorporata fil-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2010, li ma tapplikax għall-Islanda. Madankollu, id-Direttiva 2008/73/KE temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (21) li hija inkorporata fil-Ftehim u li hija parzjalment applikabbli għall-Islanda, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tagħmel lid-Direttiva 2008/73/KE parzjalment applikabbli għall-Islanda.

    (21)

    Id-Deċiżjonijiet 2009/436/KE u 2009/712/KE huma relatati mad-Direttiva 2008/73/KE, u għalhekk huma wkoll parzjalment applikabbli għall-Islanda.

    (22)

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda fuq il-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (22).

    (23)

    Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Fil-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), l-inċiżi taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” għandhom jiġu sostitwiti bl-inċiżi li ġejjin:

    “—

    32009 D 0852: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59).

    32010 D 0089: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija (ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55).”

    2.

    Fil-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 għar-Rumanija (l-Anness VII, il-Kapitolu 5, it-Taqsima B, il-Parti I)” u l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/23/KE) għandhom jitħassru.

    3.

    Fil-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 għall-Bulgarija (l-Anness VI, il-Kapitolu 4, it-Taqsima B)” u l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE) għandhom jitħassru.

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 220/2009, (KE) Nru 1161/2009 u (KE) Nru 1162/2009, tad-Direttiva 2008/97/KE u tad-Deċiżjonijiet 2009/436/KE, 2009/712/KE, 2009/719/KE, 2009/830/KE, 2009/852/KE, 2009/861/KE, 2009/960/UE, 2009/975/UE, 2010/66/UE u 2010/89/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, u t-test tad-Direttiva 2008/73/KE, fil-lingwa Islandiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 69

    (2)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

    (3)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 155.

    (4)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 8.

    (5)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.

    (6)  ĠU L 318, 28.11.2008, p. 9.

    (7)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 43.

    (8)  ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13.

    (9)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.

    (10)  ĠU L 295, 12.11.2009, p. 11.

    (11)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.

    (12)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.

    (13)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 82.

    (14)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 31.

    (15)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 21.

    (16)  ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55.

    (17)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

    (18)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 72.

    (19)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 24.

    (20)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

    (21)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (22)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    ANNESS

    Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej għandu jiżdied fis-7 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE) fil-Parti 1.1, fit-tieni inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE), fl-ewwel inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE), tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE) u tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE) fil-Parti 2.1, fil-5 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), fis-6 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE), fl-ewwel inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE), fir-4 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE), fit-8 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) u fil-5 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE) u tal-punt 9b (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-Parti 3.1, fil-15-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE), fit-12-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE), fil-11-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE), fl-14-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE), fil-5 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE), fis-7 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE), fir-4 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) u fil-11-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1, fit-tieni inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/258/KE) fil-Parti 4.2 u fit-8 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE), fit-13-il inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE), fil-5 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE), fis-6 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE), fir-4 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) u fit-8 inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE) tal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 D 0436: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/436/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 43).”

    2.

    It-test tal-punt 135 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 1.2 u t-test tal-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 6.2 għandhom jitħassru.

    3.

    Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 144 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE) fil-Parti 1.2:

    “145.

    32009 D 0712: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13).

    Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja.

    146.

    32009 R 1162: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10).”

    4.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 33 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008) fil-Parti 2.2:

    “34.

    32009 D 0712: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13).

    Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja.”

    5.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 43 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009) fil-Parti 3.2:

    “44.

    32009 D 0712: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13).

    Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja.”

    6.

    It-test tal-punt 83 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE) fil-Parti 4.2 għandu jitħassar.

    7.

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-Parti 4.2:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 D 0975: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/975/KE tal-14 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 31).”

    8.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 90 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008) fil-Parti 4.2:

    “91.

    32009 D 0712: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13).

    Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja.”

    9.

    Fil-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Parti 6.1, l-inċiżi taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” għandhom jiġu sostitwiti bl-inċiżi li ġejjin:

    “—

    32009 D 0852: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59).

    32010 D 0089: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija (ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55).”

    10.

    Fil-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Parti 6.1, l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 għar-Rumanija (l-Anness VII, il-Kapitolu 5, it-Taqsima B, il-Parti I)” u l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/23/KE) għandhom jitħassru.

    11.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

    “—

    32009 R 1161: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1161/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 8).”

    12.

    Fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Parti 6.1, l-inċiżi taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” għandhom jiġu sostitwiti bl-inċiżi li ġejjin:

    “—

    32009 D 0852: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59).

    32009 D 0861: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83).

    32010 D 0089: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija (ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55).”

    13.

    Fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Parti 6.1, l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 għall-Bulgarija (l-Anness VI, il-Kapitolu 4, it-Taqsima B)” u l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE) għandhom jitħassru.

    14.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE) fil-Parti 7.1:

    “—

    32008 L 0097: Id-Direttiva 2008/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 318, 28.11.2008, p. 9).”

    15.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

    “—

    32009 R 0220: Ir-Regolament (KE) Nru 220/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 155).”

    16.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE) fil-Parti 7.2:

    “—

    32009 D 0960: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/960/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 82).”

    17.

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 D 0830: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/830/KE tal-11 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 295, 12.11.2009, p. 11).”

    18.

    Taħt l-intestatura “ATTI LI GĦANDHOM JIĠU KKUNSIDRATI KIF XIERAQ MILL-ISTATI TAL-EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA”, it-test tal-punt 41b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE) fil-Parti 7.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    32009 D 0719: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE, (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35), kif emendata permezz ta’:

    32010 D 0066: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/66/UE tal-5 ta’ Frar 2010 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 21).”


    Top