This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0045
2011/45/EU: Decision No 1/2010 of the Community/Switzerland Inland Transport Committee of 22 December 2010 amending Annex 1 to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on the carriage of goods and passengers by rail and road
2011/45/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-trasport intern tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq
2011/45/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-trasport intern tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq
ĠU L 19, 22.1.2011, p. 34–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/34 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN
tat-22 ta’ Diċembru 2010
li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq
(2011/45/UE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta d-deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1. |
(2) |
L-Anness 1 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 1/2009 tal-Kumitat Konġunt tas-17 ta’ Ġunju 2009. |
(3) |
Ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea f'oqsma koperti bil-Ftehim. Għalhekk l-Anness 1 għandu jerġa' jinkiteb biex ikun konformi mat-tibdil fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa b’dan irrevokat u ssostitwit bit-test mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Magħmul f’Berne, it-22 ta’ Diċembru 2010.
Il-President
Peter FÜGLISTALER
Il-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Enrico GRILLO PASQUARELLI
ANNESS
“ANNESS 1
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI
Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Isvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:
Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Komunitarja
TAQSIMA 1 – DĦUL GĦALL-IMPJIEG
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE tal-1 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17). |
TAQSIMA 2 – STANDARDS SOĊJALI
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3). |
— |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta' Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,
|
— |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4). |
— |
Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35). |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 addattament għad-disa’ darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3). |
TAQSIMA 3 – STANDARDS TEKNIĊI
Vetturi bil-mutur
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, tal-10.11.1998, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/542/KEE tal-1 ta' Ottubru 1991 li temenda d-Direttiva 88/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 295, tal-25.10.1991, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47). |
— |
Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, tal-10.8.2000, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/20/KE tat-8 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63). |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-exhaust ta' vetturi kummerċjali (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37). |
— |
Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p.12). |
Trasport ta’ oġġetti perikolużi
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11). |
— |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13). Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-derogi li ġejjin tad-Direttiva 2008/68/KE japplikaw fl-Isvizzera: 1. Id-derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank. Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 6.8 Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont 1.1.3.6 ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(b) u 6.14, tal-Ordinanza dwar it–traport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621). Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.
Suġġett: L-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6. Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 5.4.1. Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li jaqbżux il-limiti stipulati fi 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jiġi ttrasportat dokument previst fi 5.4.1. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(c) tal-Ordinanza dwar it–trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621). Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.
Suġġett: It-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma. Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 6.5, 6.8, u 8.2 u 9. Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; it-taħriġ tas-sewwieq. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-vetturi u t-tankijiet/kontenituri vojta u mhux imnaddfa użati minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu l-likwidi waqt li t-tankijiet wieqfa tkun qed issirilhom il-manutenzjoni mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew għar-regolamenti dwar l-identifikazzjoni tat-tikkettar u tal-“orange-plate” stipulati mill-ADR. Huma suġġetti għal regolament ta' tikkettar u identifikazzjoni partikolari, u s-sewwieq tal-vettura mhuwiex obbligat li jkun ħa t-taħriġ deskritt fi 8.2 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.6.3.10. tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621). Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017. Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
Suġġett: It-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi għal impjanti għar-rimi tal-iskart. Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4. Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ imħallat, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati bill-pakkett u bl-unità tat-trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.7, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621). Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart. Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017
Suġġett: It-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2.1.2, 5.4. Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-Klassifikazzjoni u d-Dokumentazzjoni. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bil-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar bin-numri NU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.8, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621). Kummenti: Il-verifika iddettaljata tal-kontenuti eżatti ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għal prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut. Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.
Suġġett: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara, jitwettqu tiswijiet, biex jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata. Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.1. Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank bil-għan li jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq. Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li ġratilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi. Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli. Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017. 2. Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank. Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 6.8 Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 huma awtorizzati. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Appendiċi 1, il-Kapitolu 6.14, tal-Ordinanza li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741621). Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.
Suġġett: Id-dokument tat-trasport Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1 Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6). Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017. |
TAQSIMA 4 – DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25). |
TAQSIMA 5 – OQSMA OĦRA
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19). |
— |
Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p.39).” |