EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0008

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 171, 30.6.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/8(3)/oj

30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ħnieżer ta’ sess femminil (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 tat-8 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni Royal Oy) (4), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2010 tal-21 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ 3-phytase bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tat-tjur minuri minbarra l-papri, u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (5), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 tat-22 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd., il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (6), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittivi fl-għalf (7), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ L-isoleucine bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (9), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (10), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali (11), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009 (12), li ġie inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 349/2010 li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008 (13), li ġie inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim.

(14)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005):

“—

32010 R 0104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzzzs (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 0334: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2010 tat-22 ta’ April 2010 (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 21).”

3.

It-test tal-punt 1zzzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32010 R 0349: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idroksinu tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 31).”

4.

It-test tal-punt 1zzzzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32010 R 0335: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22).”

5.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010):

“1zzzzzy.

32010 R 0104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ħnieżer ta’ sess femminil (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4).

1zzzzzz.

32010 R 0107: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 tat-8 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1).”

6.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE):

“2a.

32010 R 0277: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 tal-31 ta’ Marzu 2010 (UE) dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni Royal Oy) (ĠU L 86, 1.4.2010, p. 13).

2b.

32010 R 0327: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2010 tal-21 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ 3-phytase bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tat-tjur minuri minbarra l-papri, u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 100, 22.4.2010, p. 3).

2c.

32010 R 0333: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 tat-22 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd., il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office) (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 19).

2d.

32010 R 0348: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 348/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ L-isoleucine bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 29).

2e.

32010 R 0350: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 104/2010, (UE) Nru 107/2010, (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 327/2010, (UE) Nru 333/2010, (UE) Nru 334/2010, (UE) Nru 335/2010, (UE) Nru 348/2010, (UE) Nru 349/2010 u (UE) Nru 350/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 73.

(2)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4.

(3)  ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 86, 1.4.2010, p. 13.

(5)  ĠU L 100, 22.4.2010, p. 3.

(6)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 19.

(7)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 21.

(8)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22.

(9)  ĠU L 104, 24.4.2010, p. 29.

(10)  ĠU L 104, 24.4.2010, p. 31.

(11)  ĠU L 104, 24.4.2010, p. 34.

(12)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 71.

(13)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top