Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0254

Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni UE-Ukraina tat- 23 ta’ Novembru 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat Konġunt

ĠU L 111, 4.5.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/254/oj

4.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/30


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA

tat-23 ta’ Novembru 2009

dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat Konġunt

(2010/254/KE)

IL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 88 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali ieħor biex jassistih fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għandu jiddetermina l-għamla u d-dmirijiet ta’ dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom joperaw.

(2)

Attwalment, il-Partijiet qegħdin jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles profonda u komprensiva.

(3)

Il-Partijiet għall-Ftehim qablu dwar it-test tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina.

(4)

Jinħtieġ Kumitat biex jirrevedi l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll il-prijoritajiet futuri u kwalunkwe aġġustament meħtieġ. Dan il-Kumitat Konġunt ser jopera fil-livell ta’ uffiċjali għolja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni qiegħed b’dan jistabbilixxi Kumitat Konġunt fil-livell ta’ uffiċjali għolja. Il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll il-prijoritajiet futuri u kwalunkwe aġġustament meħtieġ għaliha.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ b’mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

C. BILDT

Il-Kap tad-Delegazzjoni Ukraina

Y. TYMOSHENKO


Top