Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0107

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2010 tal- 1 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 332, 16.12.2010, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/107(2)/oj

    16.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/57


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 107/2010

    tal-1 ta’ Ottubru 2010

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u ttħassir tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 (3) tad-29 ta’ Mejju 2009, b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 66hc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “66hd.

    32009 R 1254: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-aħħar fost id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1254/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta’ Ottubru 2010, , kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

    (2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (3)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

    (4)  ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top