Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0106

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/106(2)/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 106/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni aċċelerata tar-rekwiżiti tad-disinn b'żewġt ibwieq jew teknoloġiji ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/491/KE tas-16 ta' Ġunju 2009 dwar kriterji li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi deċiż meta l-prestazzjoni ta' organizzazzjoni li taġixxi f'isem l-istat tal-bandiera tista' titqies bħala theddida inaċċettabbli għas-sigurtà u l-ambjent (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 56m (ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1163: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1163/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 13).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 55b (id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE):

“55ba.

32009 D 0491: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/491/KE tas-16 ta' Ġunju 2009 dwar kriterji li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi deċiż meta l-prestazzjoni ta' organizzazzjoni li taġixxi f'isem l-istat tal-bandiera tista' titqies bħala theddida inaċċettabbli għas-sigurtà u l-ambjent (OJ L 162, 25.6.2009, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1163/2009 u d-Deċiżjoni 2009/491/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 13.

(3)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 6.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top