Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0105

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/105(2)/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 105/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta' Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rapportaġġ elettroniku tal-vapuri fin-navigazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar armonizzati (RIS) li jirrigwardaw ir-rotot navigabbli interni fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 49ac (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2007) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“49ad.

32010 R 0164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta' Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rapportaġġ elettroniku tal-vapuri fin-navigazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar armonizzati (RIS) li jirrigwardaw ir-rotot navigabbli interni fil-Komunità (ĠU L 57, 6.3.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 164/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

(2)  ĠU L 57, 6.3.2010, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top