Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0102

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/102/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness X tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2), kif korretta mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/739/KE) tal-Anness X tal-Ftehim:

“1b.

32009 D 0767: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-‘punti ta’ kuntatt waħdieni’ skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36), kif korretta mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/767/KE, kif korretti mill-ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 40.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top