Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0100

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2010 tal- 1 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 332, 16.12.2010, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/100(2)/oj

    16.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/50


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 100/2010

    tal-1 ta’ Ottubru 2010

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 dwar il-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, ġewż tas-siġar, il-lewż tal-berquq, likorizja u żejt veġetali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Li ġej għandu jiġu miżjud mal-punt 54zzzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32010 R 0178: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 32).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 178/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 37.

    (2)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 32.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top