Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0099

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/99/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2010 tat-30 ta' April 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/198/UE tas-6 ta' April 2010 li teħles lil-Latvja minn ċerti obbligi biex japplika d-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward ta' Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L (2), għandha tiġi inkluża fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 79 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/786/KE) taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JAGĦTU KAŻ TAGĦHOM” fil-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim:

“80.

32010 D 0198: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/198/UE tas-6 ta' April 2010 li teħles lil-Latvja minn ċerti obbligi biex japplika d-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward ta' Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L, (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/198/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 87, 7.4.2010, p. 34.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top