EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0093
Decision of the EEA Joint Committee No 93/2010 of 2 July 2010 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 93/2010
tat-2 ta’ Lulju 2010
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodda (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2009/544/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE (11), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(12) |
Id-Deċiżjoni 2009/563/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE (12), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(13) |
Id-Deċiżjoni 2009/564/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE (13), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2009/567/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/178/KE (14), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE (15), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(15) |
Id-Deċiżjoni 2009/568/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE (16), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(16) |
Id-Deċiżjoni 2009/578/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE (17), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(17) |
Id-Deċiżjoni 2009/598/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE (18), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(18) |
Id-Deċiżjoni 2009/607/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE (19), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE):
|
2. |
It-test tal-punt 2v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0544: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39).” |
3. |
It-test tal-punt 2 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0563: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).” |
4. |
It-test tal-punt 2p (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0564: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36).” |
5. |
It-test tal-punt 2f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0567: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70).” |
6. |
It-test tal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0568: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).” |
7. |
It-test tal-punt 2 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tal-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57).” |
8. |
It-test tal-punt 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0598: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65).” |
9. |
It-test tal-punt 2k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32009 D 0607: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE u 2009/607/KE, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 23.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.
(3) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.
(4) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.
(5) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36.
(6) ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70.
(7) ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.
(8) ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.
(9) ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65.
(10) ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.
(11) ĠU L 236, 4.9.2002, p. 4.
(12) ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50.
(13) ĠU L 108, 29.4.2005, p. 67.
(14) ĠU L 57, 5.3.1999, p. 21.
(15) ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29.
(16) ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10.
(17) ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.
(18) ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10.
(19) ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.
(*) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.