Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0083

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 277, 21.10.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/83(2)/oj

    21.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 83/2010

    tat-2 ta’ Lulju 2010

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-okratossina A (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas-26 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

    “—

    32010 R 0105: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7),

    32010 R 0165: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas-26 ta’ Frar 2010 (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 105/2010 u (UE) Nru 165/2010 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 244, 16.9.2010, p. 6.

    (2)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7.

    (3)  ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top