This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0076
Decision of the EEA Joint Committee No 76/2010 of 11 June 2010 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 244, 16.9.2010, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 76/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi r-regoli implimentattivi għaċ-ċertifikazzjoni li l-ajruplani huma ta’ kundizzjoni tajba għat-titjir u għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-ajruplani u l-prodotti, il-partijiet u l-apparati relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u l-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni (2), kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66p (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII mal-Ftehim:
“— |
32009 R 1194: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5), kif ikkoreġut bil-ĠU L 336, 18.12.2009, p. 58 u bil-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1194/2009, kif ikkoreġut bil-ĠU L 336, 18.12.2009, p. 58 u bil-ĠU L 58, 9.3.2010, p. 23, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.
(2) ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5.
(*) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.