Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0046

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat- 30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 181, 15.7.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/46(2)/oj

    15.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 181/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 46/2010

    tat-30 ta’ April 2010

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dawn il-punti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda wara l-punt 12zs (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

    “12zt.

    32009 D 0603: Id-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 2009/603/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 13).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2009/603/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 143, 10.6.2010, p. 19.

    (2)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 13.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top