Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0117

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2009 tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 334, 17.12.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/117(2)/oj

17.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2009

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 21 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), kif korrett mill-ĠU L 172, 6.5.2004, p. 9, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 li jadotta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu ta’ merkanzija, il-moviment liberu ta’ persuni, politika dwar il-kompetizzjoni, agrikoltura (leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), sajd, politika dwar it-trasport, tassazzjoni, statistika, politika soċjali u impjieg, ambjent, unjoni doganali, u relazzjonijiet esterni għar-raġunijiet tal-adeżjoni tal-Bulgarija u Rumanija (3) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 u teħtieġ li tiġi miżjuda bħala inċiż tar-Regolament (KE) Nru 802/2004.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 802/2004 jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/98 (5) li hu inkorporat fil-Ftehim u għalhekk għandu jitħassar taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 2 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/98) tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 21 tal-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:

32004 R 0802: Ir-Regolamenttal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1), kif korrett fil-ĠU L 172, 6.5.2004, p. 9, kif emendat b’:

32006 R 1792: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

32008 R 1033: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 802/2004, kif korretti mill-ĠU L 172, 6.5.2004, p. 9, u Nru 1033/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 61, 2.3.1998, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top