This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0102
Decision of the EEA Joint Committee No 102/2009 of 25 September 2009 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 304, 19.11.2009, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 102/2009
tal-25 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara il-punt 4b (ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
“4ba. |
32009 R 0192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 14).”, |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 192/2009, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 41.
(2) ĠU L 67, 12.3.2009, p. 14.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.