EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0101

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/101/oj

19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil ċerti prodotti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE), 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE), 2j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE), 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) u 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE):

“—

32008 D 0962: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/962/KE tal-15 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 115).”

2.

Li ġej għandu jiddaħħal fil-punti 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE) u 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE):

“, kif emendat minn:

32008 D 0962: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/962/KE tal-15 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 115).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/962/KE, fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Oda Helen SLETNES

Il-President


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 40.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 115.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top