This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0057
Decision of the EEA Joint Committee No 57/2009 of 29 May 2009 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 232, 3.9.2009, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 57/2009
tad-29 ta' Mejju 2009
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2009 tal-24 ta' April 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 tal-25 ta’ Lulju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (3), kif korrett mill-ĠU L 267, 8.10.2008, p. 32, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2008 tas-6 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf Clinacox, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/76/KE tal-25 ta’ Lulju 2008 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/82/KE tat-30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punti 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999), 1t (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001) u 37 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003):
|
2. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008):
|
3. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 14c (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE): “kif emendat minn:
|
4. |
L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 721/2008, 971/2008, kif korretti permezz tal-ĠU L 267, 8.10.2008, p. 32 u 976/2008, u tad-Direttiva 2008/76/KE u 2008/82/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew maħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 19.
(2) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23.
(3) ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3.
(4) ĠU L 266, 7.10.2008, p. 3.
(5) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 37.
(6) ĠU L 202, 31.7.2008, p. 48.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati