Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0053

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2009 tal- 24 ta’ April 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 162, 25.6.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/53(2)/oj

    25.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 53/2009

    tal-24 ta’ April 2009

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal medda qasira ta’ żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta’ addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98):

    “—

    32008 R 1178: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 16).”

    2.

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006):

    “, kifemendat bi:

    32008 R 1178: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 16).”

    Artikolu 2

    It-testi għar-Regolament (KE) Nru 1178/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ April 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 33.

    (2)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 16.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati


    Top