Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0039

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 130, 28.5.2009, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/39/oj

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/162/KE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

‘16.

32008 H 0473: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 39).’

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2008/473/KE bl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 59.

(2)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 39.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 39/2009 li tinkorpora r-Rakkomandazzjoni 2008/473/KE fil-Ftehim

“Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/473/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika statutorji tittratta mar-responsabbiltà ċivili tal-awdituri u d-ditti tal-verifika. L-inkorporazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


Top