Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0033

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 130, 28.5.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/33/oj

    28.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 130/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 33/2009

    tas-17 ta’ Marzu 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftheim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li jmiss għandu jiżdied fil-punti 37 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE) u 41b (id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftheim:

    “—

    32007 L 0058: Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2007/58/KE bl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

    (2)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44.

    (*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top