This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0032
Decision of the EEA Joint Committee No 32/2009 of 17 March 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 130, 28.5.2009, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 32/2009
tas-17 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 12 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:
“32008 R 1100: Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63).”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1100/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.
(2) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63.
(3) ĠU L 390, 30.12.1989, p. 18.
(*) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.