This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0030
Decision of the EEA Joint Committee No 30/2009 of 17 March 2009 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 130, 28.5.2009, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 30/2009
tas-17 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1). |
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (2). |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim:
“9ba. |
32007 R 1494: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25). |
9bb. |
32007 R 1497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4). |
9bc. |
32007 R 1516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).”. |
Artikolu 2
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 21aq (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:
“21aqa. |
32007 R 1494: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar rigward prodotti u tagħmir li jkollhom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25). |
21aqb. |
32007 R 1497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4). |
21aqc. |
32007 R 1516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).”. |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1494/2007, 1497/2007 u 1516/2007 bl-ilsien Iżlandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 42.
(2) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 57.
(3) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25.
(4) ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4.
(5) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10.
(*) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.