Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0023

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 130, 28.5.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/23/oj

    28.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 130/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 23/2009

    tas-17 ta’ Marzu 2009

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008 tat-30 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-astaxanthin dimethyldisuccinate bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1zzzzn (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008) fil-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

    “1zzzzo.

    32008 R 0393: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008 tat-30 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-astaxanthin dimethyldisuccinate bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 20)”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 393/2008 fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 32.

    (2)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 20.

    (*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top