Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0159

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 124, 8.5.2008, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/159(2)/oj

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 tad-19 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu ġewwa l-Komunità (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71):

“—

32006 R 1992: Ir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72):

“—

32007 R 0311: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 tad-19 ta' Marzu 2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1992/2006 u 311/2007 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


Top