Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0120

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2008 tas- 7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/120(2)/oj

18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/111


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (2) għandu jiġi inkorporat fi-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1628/2006 (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(4)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 68/2001 (4), 70/2001 (5), 2204/2002 (6), li huma inkorporati fil-Ftehim, skadew u allura għandhom jiġu kkanċellati mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XV għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-testi tal-punti 1d (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001), 1f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001), 1g (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002) u 1i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006), inklużi l-intestaturi relatati, għandhom jiġu kkanċellati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006):

“Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji, riċerka, żvilupp, innovazzjoni, ħarsien ambjentali, investimenti reġjonali, intraprenditorija femminili, impjieg u taħriġ

1j.

32008 R 0800: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(b)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat KE’ għandu jaqra ‘l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(c)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (3) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(d)

il-kliem ‘l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż- ŻEE’;

(e)

il-kliem ‘l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż- ŻEE’;

(f)

Fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kliem ‘l-Artikolu 88(3) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 1(3) ta’ Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti’;

(g)

Il-kliem ‘kompatibbli mas-suq komuni’ għandu jinqara ‘kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(h)

Il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(i)

It-terminu ‘reġistri Komunitarji’ għandu jinqara ‘reġistri fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE’;

(j)

Il-kliem ‘l-Anness I tat-Trattat’ għandu jinqara ‘elenkat fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness u kopert bl-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(k)

Il-kliem ‘finanzjament tal-Komunità’ għandu jinqara ‘finanzjament tal-Komunita jew taż-ŻEE’;

(l)

Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità ma jimplikawx li l-Istati EFTA huma obbligati li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja meta tali leġiżlazzjoni ma ġietx inkorporata fil-Ftehim.”

(3)

Fl-intestatura tal-Appendiċi, il-kliem “1f(g)” għandu jiġi ssostitwit b’“1j(j)”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kundizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 15.

(2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.

(4)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(5)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.

(6)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top