Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0091

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 280, 23.10.2008, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/91(2)/oj

    23.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 280/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 91/2008

    ta' l-4 ta' Lulju 2008

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jaddotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbilità ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Wara l-punt 18ak (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2007) għandu jidħol il-punt li ġej:

    “18al.

    32008 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jaddotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 4).”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jżdied mal-punt 24c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32008 R 0212: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 tas-7 ta' Marzu 2008 (ĠU L 65, 8.3.2008, p. 5).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 207/2008 u 212/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 39.

    (2)  ĠU L 62, 6.3.2008, p. 4.

    (3)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 5.

    (*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top