This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0086(01)
Decision of the EEA Joint Committee No 86/2008 of 4 July 2008 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 280, 23.10.2008, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
23.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 86/2008
ta' l-4 ta' Lulju 2008
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata “mas-sigurtà fil-mini tal-ferroviji” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali u dik ta' veloċità għolja trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE) ta' l-Anness XIII mal-Ftehim:
“37db. |
32008 D 0163: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata ‘mas-sigurtà fil-mini tal-ferroviji’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali u dik ta' veloċità għolja trans-Ewropea (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/163/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 36.
(*) M'huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.