EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0054

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 223, 21.8.2008, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/54(2)/oj

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 rigward kwestjonarju għar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ likwidi organiċi volatili dovuta għall-użu ta’ solventi organiċi f’diversi attivitajiet u installazzjonijiet bejn l-2008 u l-2010 (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 21abc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE) ta’ l-Anness XX tal-Ftehim:

“21abd.

32007 D 0531: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ likwidi organiċi volatili dovuta għall-użu ta’ solventi organiċi f’diversi attivitajiet u installazzjonijiet bejn l-2008 u l-2010 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/531/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


Top