This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0052
Decision of the EEA Joint Committee No 52/2008 of 25 April 2008 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 52/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema “l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali transewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE) ta’ l-Anness XIII mal-Ftehim:
“37k. |
32006 D 0920: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE tal-11 ta’ Awissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tat-Traffiku’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali transewropea (ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2006/920/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 182, 10.7.2008, p. 26.
(2) GU L 359, 18.12.2006, p. 1.
(*) Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.