This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0032
Decision of the EEA Joint Committee No 32/2008 of 14 March 2008 amending Annex XVI (Procurement) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 182, 10.7.2008, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 32/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007 ta' l-4 ta' Diċembru 2007 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta' applikazzjonijiet għall-proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XVI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
1) |
L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2) |
L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1422/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(2) ĠU L 317, 5.12.2007, p. 34.
(*) Ebda obbliġu kostituzzjonali m'huwa indikat.