EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0017

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2008 ta' l- 1 ta' Frar 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 154, 12.6.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/17/oj

12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 19w (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006) fl-Anness XXI għall-Ftehim:

“19x.

32007 R 0716: Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Noreġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 38.

(2)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


Top