EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007X0720(01)

Ittra mid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti dwar SWIFT/programm għat-traċċar tal-finanzjament tat-terroriżmu

ĠU C 166, 20.7.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/17


(Traduzzjoni)

Ittra mid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti dwar SWIFT/programm għat-traċċar tal-finanzjament tat-terroriżmu

(2007/C 166/08)

28 ta' Ġunju 2007

Is-Sur Peer Steinbrück

Ministru Federali tal-Finanzi

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Is-Sur Franco Frattini

Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea

Għażiż Ministru Steinbrück u Viċi-President Frattini:

Id-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti huwa kuntent li qed jgħaddi lill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea sett ta' rappreżentazzjonijiet li jiddeskrivu l-kontrolli u s-salvagwardji li jirregolaw it-trattament, l-użu u d-disseminazzjoni ta' data taħt il-programm għat-(“Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu” —“TFTP”).

It-TFTP fih strati multipli u sovra-imposti ta' kontrolli governattivi u indipendenti biex ikun żgurat li d-data, li hija limitata fin-natura, tintuża strettament għal skopijiet ta' kontra t-terroriżmu, li d-data tinżamm biss kemm meħtieġ għall-finijiet kontra t-terroriżmu u li d-data kollha tinżamm f'ambjent sigur u tkun trattata b'mod xieraq.

Bħala sinjal ta' l-impenn u s-sħubija tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali u l-finanzjament tiegħu, inkludejna fir-rappreżentazzjonjiet dispożizzjoni għall-kondiviżjoni ta' aktar informazzjoni dwar t-TFTP ma' Ewropew eminenti li għandu jinħatar f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor. Il-kompitu ta' din il-persuna ser ikun li tikkonferma li l-programm huwa implimentat b'mod konsistenti mar-rappreżentazzjonijiet għall-iskop li tkun verifikata l-protezzjoni ta' data personali li toriġina mill-UE. Ser jinqablu aktar dettalji prattiċi għat-twettiq ta' dawn ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza.

Id-Dipartiment tat-Teżor ser jipprova jippubblika dawn ir-rappreżentazzjonijiet fir-reġistru federal amerikan (“Reġistru Federali ta' l-Istati Uniti”) u jagħti l-kunsens għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dejjem tiegħek,

Stuart A. LEVEY


Top