Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0835

2007/835/KE: Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Alġerija tad- 29 ta’ Novembru 2007 għall-istabbiliment ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali

ĠU L 330, 15.12.2007, p. 31–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/835/oj

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/31

DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA

tad-29 ta’ Novembru 2007

għall-istabbiliment ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali

(2007/835/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Popolari Demokratika ta’ l-Alġerija, min-naħa l-oħra (1),

Billi:

(1)

Żona ta’ kummerċ liberu għandha tkun stabbilita bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2017.

(2)

Ir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran qegħdin isiru aktar komplessi bħala riżultat ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranji u l-kontinwazzjoni tal-partenarjat Ewro-Mediterranju.

(3)

Sotto-kumitati tal-kumitati ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi assoċjati l-oħra twaqqfu bil-għan li jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-partenarjat u l-approssimazzjoni tal-liġijiet.

(4)

Hemm il-ħtieġa li jkun integrat l-ambjent fil-politika settorjali, bl-għan ta’ l-iżvilupp sostenibbli,

(5)

L-Artikolu 98 tal-Ftehim jaħseb għat-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma jew korpi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, u l-Artikolu 76 tal-Ftehim jaħseb għat-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma biex jevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-affarijiet soċjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-grupp ta’ ħidma u s-sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-ALĠERIJA elenkati fl-Anness I huma b’din stabbiliti u r-regoli ta’ proċedura rispettivi tagħhom jinsabu fl-Anness II huma b’din adottati.

Huma għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u jibagħtulu rapport wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali u s-sotto-kumitati m’għandu jkollhom ebda poter ta’ deċiżjoni.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kull azzjoni meħtieġa biex huma jaħdmu kif inhuwa xieraq u jinforma lill-Kunsill ta’ Assocjazzjoni skond kif ikun meħtieġ.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf aktar sotto-kumitati jew gruppi jew jabolixxi sotto-kumitati jew gruppi eżistenti.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

M. MEDELCI

(1)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.

ANNESS I

FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ALĠERIJA

Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Soċjali u sotto-kumitati li għandhom x’jaqsmu mal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

(1)

Grupp ta’ ħidma dwar l-affarijiet soċjali

(2)

Sotto-kumitat “Industrija, kummerċ u servizzi”

(3)

Sotto-kumitat “Trasport, ambjent u enerġija”

(4)

Sotto-kumitat “Soċjetà Informatika, Riċerka, Innovazzjoni, Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura”

(5)

Sotto-kumitat “Agrikoltura u industrija tas-sajd”

(6)

Sotto-kumitat “Ġustizzja u Affarijiet Interni”

(7)

Sotto-kumitat “Kooperazzjoni doganali”

Il-kwistjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem bħalissa qed jiġu diskussi fil-kuntest tad-djalogu politiku fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Madankollu, dawn se jkunu trattati qabel l-iskadenza fi ħdan stabbiliment speċifiku fil-forma ta’ sotto-kumitat ad hoc, u dan isir hekk kif jintlaħaq livell iktar profond fid-djalogu.

ANNESS II

REGOLI TA’ PROĊEDURA

Grupp ta’ ħidma UE-Alġerija dwar l-affarijiet soċjali

1.   Għamla u presidenza

Il-grupp ta’ ħidma huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Il-Grupp ta’ Ħidma ma għandu jkollu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

ir-rispett tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bbażat fuq in-nazzjonalità bejn il-ħaddiema ta’ nazzjonalità Alġerina u l-ħaddiema li huma ċittadini ta’ kull Stat Membru f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, ta’ remunerazzjoni u ta’ tkeċċija;

(b)

l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikoli 68 sa 71 tal-Ftehim;

(ċ)

id-djalogu fil-qasam soċjali skond l-Artikolu 72 tal-Ftehim, fejn hemm inkluż il-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni tal-Komunità nazzjonali bbażata legalment fuq it-territorju ta’ l-UE u l-protezzjoni tagħha kontra l-atti ta’ diskriminazzjoni u ta’ islamofobija;

(d)

l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam soċjali msemmija fl-Artikolu 74 tal-Ftehim, b’mod partikolari t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja, tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u tas-settur tas-saħħa, il-ħolqien ta’ impjiegi u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fil-proċess ta’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, bħall-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jeżamina kwistjonijiet relatati ma’ wieħed jew ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u uffiċjal mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tal-Grupp ta’ Ħidma.

Il-komunikazzjonijiet kollha dwar il-Grupp ta’ Ħidma għandhom jintbagħtu lis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma.

5.   Laqgħat

Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet u trażmessa lis-segretarju kompetenti tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Meta tasal it-talba għal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Ħidma, is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma għandha ssir f’ħin u f’post miftehma bejn iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, il-grupp ta’ ħidma jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tal-Grupp ta’ Ħidma għandhom jingħataw lis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija għandha tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

L-aġenda għandha tkun adottata mill-Grupp ta’ Ħidma qabel il-ftuħ ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tal-Grupp ta’ Ħidma, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tal-Grupp ta’ Ħidma lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Industrija, kummerċ u servizzi

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

il-kooperazzjoni industrijali, kif deskritta fl-Artikolu 53 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni;

(b)

il-kwistjonijiet kummerċjali, l-aċċess għas-swieq; il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għall-prodotti industrijali, kif ukoll għall-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli trasformati u l-prodotti tas-sajd;

(ċ)

is-servizzi, fosthom is-servizzi finanzjarji u bankarji, u d-dritt ta’ l-istabbiliment (tranżazzjonijiet bejn il-fruntieri, preżenza kummerċjali, preżenza temporanja u persuni fiżiċi);

(d)

it-turiżmu u l-artiġjanat;

(e)

il-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ l-investimenti;

(f)

il-protezzjoni tal-konsumaturi;

(ġ)

ir-regolamenti tekniċi, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni, l-istandardizzazzjoni, in-normalizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-eżami ta’ konformità u s-sorveljanza tas-suq;

(h)

il-liġi tal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat;

(i)

id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali;

(j)

is-swieq pubbliċi;

(k)

is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-intrapriżi;

(l)

l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-żvilupp ta’ l-imprenditorija.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u kwistjonijiet oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Trasport, ambjent u enerġija

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Hhuwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

it-trasport: b’mod partikolari l-immodernizzar ta’ l-infrastrutturi (partikolarment l-inter-konnessjonijiet) u ż-żamma tagħhom, is-sigurtà u s-sikurezza fl-oqsma tat-trasport marittimu u bl-ajru, partikolarment il-kontroll u l-ġestjoni tal-portijiet, il-binarji tal-ferroviji, l-ajruporti u t-toroq, il-promozzjoni ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni f’kull mod ta’ trasport, l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet bit-toroq u bil-ferrovija mal-pajjiżi ġirien, it-titjib tas-sistema intermodali, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali;

(b)

l-ambjent: B’mod partikolari l-kapaċitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fl-oqsma prijoritarji previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (deżertifikazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi idrawliċi u ta’ l-iskart, is-salinizzazzjoni, il-kontroll u l-prevenzjoni tat-tniġġiż industrijali, urban u marittimu, il-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu u l-biodiversità, eċċ.) u l-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali fis-setturi prijoritarji tal-partenarjat Ewro-Mediterranju, bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp sostenibbli. L-ilma: b’mod partikolari l-infrastrutturi, l-immodernizzar, il-ġestjoni u s-sigurtà ta’ l-aċċess għall-ilma u r-riċerka;

(ċ)

L-energija: azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-enerġija u tal-mini kif inhuma żviluppati fl-Artikolu 61 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; l-implimentazzjoni ta’ djalogu strateġiku UE-Alġerija fil-qasam ta’ l-enerġija (partikolarment protokoll ta’ ftehim dwar it-twaqqif ta’ partenarjat strateġiku); Il-verifika ta’ l-iżvilupp ta’ l-insfrastrutturi enerġetiċi ta’ interess komuni b’kollaborazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u privati; Is-suq Magrebin ta’ l-elettriku u l-integrazzjoni mas-suq intern ta’ l-UE.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Soċjetà Informatika, Riċerka, Innovazzjoni, Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni. iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

l-iżvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali u ta’ riċerka fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni inkluż l-użu tar-riżultati ta’ riċerka S&T mill-industrija u l-SMEs b’rabta mal-verifika tal-ftehim li jassoċja lir-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija mal-programm-qafas ta’ l-RTD, l-innovazzjoni teknoloġika, it-trasferiment tat-teknoloġiji l-ġodda u d-diffużjoni ta’ l-għarfien, il-ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma’ l-UE;

(b)

il-kooperazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni;

(ċ)

riformi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ, fosthom it-taħriġ professjonali, u ż-żogħżija, inkluż iktar aċċess tal-popolazzjoni tan-nisa għall-edukazzjoni;

(d)

il-kooperazzjoni kulturali u fis-settur ta’ l-awdjoviżiv;

(e)

il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tar-riċerka, l-istudenti u l-organizzazzjonijiet Alġerini fil-programmi Komunitarji tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll il-programmi rilevanti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żogħżija;

(f)

L-istrateġiji politiċi u r-regolazzjoni tan-netwerks u s-servizzi għall-komunikazzjoni elettronika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u kwistjonijiet oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-presidenza għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Agrikoltura u industrija tas-sajd

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

l-immodernizzar u r-ristrutturar tas-setturi ta’ l-agrikoltura, is-sajd u l-foresti;

(b)

il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli trasformati u l-prodotti tas-sajd (f’dan huwa inkluż l-adattament tal-mezzi ta’ tqegħid fis-suq/id-distribuzzjoni);

(ċ)

il-kooperazzjoni agrikola u l-iżvilupp rurali;

(d)

il-kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji, b’mod partikolari l-adattament tal-leġiżlazzjoni alimentari;

(e)

il-ħarsien u l-ġestjoni razzjonali tar-riżorsi naturali r-riżorsi tas-sajd u l-ħarsien ta’ l-ambjent speċjalment dak marittimu;

(f)

il-kooperazzjoni fil-qafas tas-sistema ta’ twissija rapida ta’ l-UE.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Ġustizzja u Affarijiet Interni

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni:

l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 83 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni, u f’dan inkluż l-eżami tal-possibbiltajiet ta’ ffaċilitar tal-proċeduri tal-ħruġ ta’ viżi għal perjodu qasir lil ċerti kategoriji ta’ persuni;

Il-kooperazzjoni skond l-Artikolu 84 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-kontroll ta’ l-immigrazzjoni illegali; Ftehimiet ta’ riammissjoni;

(b)

Il-kooperazzjoni fil-qasam legali u ġudizzjarju (ċivili u kriminali) u tal-pulizija;

(ċ)

Il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus, id-droga u d-dipendenza fuq id-drogi, ir-razziżmu, il-kżenofobija u l-islamofobija;

(d)

Il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ l-istess livell, eż. l-istatistika, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ wieħed, ma’ bosta jew mas-setturi kollha t’hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sotto-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tas-sotto-kumitat.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkustanzi jirrikjedu. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba minn xi waħda mill-partijiet, magħmula permezz tas-segretarju tagħhom, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jissejjaħ b’avviż iqsar suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha biex jissejħu laqgħat iridu jkunu bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat issir fid-data u l-post li jaqblu dwarhom iż-żewġ naħat.

Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju inkarigat bi ftehim mal-president. Qabel kull laqgħa, il-president ikun infurmat bil-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjojni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sotto-kumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika mitluba.

Kull laqgħa se jattendi għaliha rappreżentant tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija bil-għan li jiġu assigurati l-koordinazzjoni u r-rabtiet xierqa kemm ma’ proġetti preżenti u futuri kif ukoll ma’ programmi ffinanzjati mill-UE u anki biex jiġi assigurat ukoll li l-prijoritajiet identifikati matul il-laqgħa jingħataw l-appoġġ neċessarju.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal suġġetti biex jiddaħħlu fl-aġenda tas-sotto-kumitat għandhom jingħataw lis-segretarji.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija tingħata mis-segretarju inkarigat lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi s-suġġetti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun riċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftehma miż-żewg segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tas-sotto-kumitat, għandhom jintbagħtu mis-segretarji tas-sotto-kumitat lis-segretarji u l-presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Kemm-il darba ma jkunx deċiż xort’oħra, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jkunux pubbliċi.

REGOLI TA’ PROĊEDURA

SOTTO-KUMITAT UE-ALĠERIJA

Kooperazzjoni doganali

1.   Għamla u presidenza

Is-sotto-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-gvern tar-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija. Huwa presedut fuq bażi ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sotto-kumitat ma għandu ebda poter ta’ deċiżjoni, iżda jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Kompetenza

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Partikolarment, huwa għandu jevalwa l-progress dwar l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Fejn huwa rilevanti, il-kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika għandha tkun diskussa. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi li ġejjin u jissuġġerixxi passi possibli li jistgħu jittieħdu:

(a)

ir-regoli ta’ oriġini;

(b)

il-proċeduri ġenerali tad-dwana, in-nomenklatura tad-dwana, il-valutazzjoni tad-dwana;

(ċ)

ir-reġimi ta’ taxxi;

(d)

il-kooperazzjoni doganali.

Top