This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0596
2007/596/EC: Decision No 3/2007 of the EC-Switzerland Joint Committee of 23 August 2007 replacing Tables III and IV (b) to protocol No 2
2007/596/KE: Id-Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat- 23 ta’ Awwissu 2007 li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2
2007/596/KE: Id-Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat- 23 ta’ Awwissu 2007 li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2
ĠU L 230, 1.9.2007, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 230/15 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA
tat-23 ta’ Awwissu 2007
li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2
(2007/596/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera biex il-Ftehim ikun emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll tiegħu Nru 2, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt |
(2) |
Il-prezzijiet attwali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materjali mhux ipproċessati li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet. |
(3) |
Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-materjali kollha mhux ipproċessati ġew iffissati mill-Kumitat Konġunt fl-aħħar ta’ l-2006. Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza għandhom minn żmien għal żmien, almenu darba fis-sena, jiġu riveduti. |
(4) |
Minħabba li s-suq taċ-ċereali deher li kien volatili ħafna sa l-aħħar ta’ l-2006 reviżjoni f'Mejju kienet prevista. |
(5) |
Minħabba li r-reviżjoni tal-prezzijiet taċ-ċereali rriżultat f'figuri sostanzjalment differenti huwa neċessarju li jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza u ammonti mniżżla fit-tabelli III u IV(b) għal Protokoll Nru. 2 kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-Tabella III u t-Tabella IV taħt il-punt b tal-Protokoll Nru 2 jinbidlu bit-tabelli fl-Anness I u l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 2007.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kumitat Konġunt
Luc VERHEUKELEN
Il-President
ANNESS I
“SKEDA III
Prezzijiet ta’ referenza Żvizzeri u tal-KE
(CHF għal kull 100 kg nett) |
|||
Materja prima agrikola |
Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE |
Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE |
Differenza fil-prezz ta’ referenza ta’ l-Iżvizzera/KE |
Qamħ komuni |
54,41 |
25,80 |
28,60 |
Qamħ durum |
42,16 |
32,38 |
9,80 |
Segala |
48,84 |
26,29 |
22,55 |
Xgħir |
44,16 |
34,60 |
9,55 |
Qamħirrun |
37,25 |
26,82 |
10,45 |
Dqiq tal-qamħ komuni |
95,50 |
48,26 |
47,25 |
Trab tal-ħalib sħiħ |
586,90 |
354,29 |
232,60 |
Trab tal-ħalib xkumat |
457,33 |
304,39 |
152,95 |
Butir |
905,00 |
406,98 |
498,00 |
Zokkor abjad |
— |
— |
0,00 |
Bajd (1) |
255,00 |
205,50 |
49,50 |
Patata Friska |
42,00 |
21,00 |
21,00 |
Xaħam veġetali (2) |
390,00 |
160,00 |
230,00 |
(1) Ġejjin mill-prezzijiet għall-bajd ta’ l-għasafar f'forma likwida, mhux fil-qoxra, immultiplikati b'fattur ta’ 0.85.
(2) Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta’ l-ikel) b'kontenut ta’ 100 % xaħam.”
ANNESS II
“SKEDA IV
b) |
L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:
|