Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0162

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 124, 8.5.2008, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/162(2)/oj

    8.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 124/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 162/2007

    tas-7 ta’ Diċembru 2007

    li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/EC ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armoniżżat ta' l-ispektrum tar-radju fil-meded ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni tas-sistemi li jipprovdu servizzi tas-satellita mobili (2)għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

    (3)

    Id-Deċizjoni tal-Kummisjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu ta' l-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ta' medda ultra-wiesgħa, b'mod armoniżżat fil-Komunità (3)għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej se jiġi inkluż wara l-punt 5cu (Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XI tal-Ftehim:

    “5cv.

    32007 D 0098: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/EC ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armoniżżat ta' l-ispektrum tar-radju fil-meded ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni tas-sistemi li jipprovdu servizzi tas-satellita mobili(ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32).

    5cw.

    32007 D 0131: Id-Deċizjoni tal-Kummisjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu ta' l-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ta' medda ultra-wiesgħa, b'mod armoniżżat fil-Komunità(ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/98/KE u 2007/131/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 84.

    (2)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32.

    (3)  ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top