Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0161

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness X (Servizzi Awdjoviżivi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 124, 8.5.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/161(2)/oj

    8.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 124/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 161/2007

    tas-7 ta’ Diċembru 2007

    li temenda l-Anness X (Servizzi Awdjoviżivi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness X tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2004 tat-6 ta' Frar 2004 (1).

    (2)

    Rakkomandazzjoni 2005/865/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-wirt ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati (2), għandha tiġi nkorporata.fil-Ftehim

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 4 (Riżoluzzjoni 1999/C 30/01 tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri) ta' l-Anness X tal-Ftehim

    “5.

    32005 H 0865: Rakkomandazzjoni 2005/865/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-wirt ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati, (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2005/865/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Dicembru 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt Artiklu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt tal-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60.

    (2)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


    Top