Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0148

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 124, 8.5.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/148(2)/oj

    8.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 124/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 148/2007

    tas-7 ta’ Diċembru 2007

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE rigward il-lista ta' postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta' Mejju 2007 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda mill-mardiet tal-ħut jew aktar magħruf bħala s-settiċemija emorraġika virali (VHS) u n-nekrosi ematopoietika infettiva (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:

    “—

    32007 D 0276: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta’ April 2007 (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).”

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 136 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE) fil-Parti 1.2:

    “137.

    32007 D 0275: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

    Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għaż-żoni koperti mill-atti speċifiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Parti tad-dħul.”

    3.

    It-test tal-punt 113 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE) tal-Parti 1.2 għandu jitħassar.

    4.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:

    “—

    32007 D 0345: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16).”

    Artikolu 2

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/275/KE, 2007/276/KE u 2007/345/KE fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

    (2)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

    (3)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34.

    (4)  ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16.

    (5)  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 6.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


    Top