Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0143

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 100, 10.4.2008, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/143/oj

    10.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 100/84


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 143/2007

    tas-26 ta' Ottubru 2007

    li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5ct (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/928/KE):

    “5cu.

    32007 R 0717: Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).”

    2)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 5cl (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendata b'li ġej:

    32007 R 0717: Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 171, 29.6.2007. p. 32).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 47, 21.2.2008, p. 36.

    (2)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.

    (*)  Huma indikati rekwiżit kostituzzjonali.


    Top