Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0133

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/133(2)/oj

    10.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 100/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 133/2007

    tas-26 ta' Ottubru 2007

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

    (2)

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I bħalissa japplika għall-Iżlanda biss fejn jidħlu annimali u prodotti ta' l-akwakultura u prodotti ġejjin mis-sajd.

    (3)

    Il-paragrafu 2 tal-parti introduttorja tal-Kapitolu I ta' l-Anness I jgħid li l-atti msemmija fil-Kapitolu I ta' l-Anness I għandhom japplikaw għall-Iżlanda, fejn dan jingħad f'relazzjoni ma' l-att speċifiku.

    (4)

    Il-paragrafu 2 tal-parti introduttorja tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness I jistipula reviżjoni tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Iżlanda.

    (5)

    Il-Partijiet Kontraenti taw ħarsa lejn is-sitwazzjoni fl-Iżlanda u ddeċidew li l-Iżlanda għandha tapplika l-atti msemmija fil-Kapitolu I ta' l-Anness I, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, barra mill-ħut u annimali ta' l-akwakultura, u prodotti ta' l-annimali bħal ma huma l-bajd għat-tnissil, l-embrijuni, u ż-żerriegħa tar-raġel.

    (6)

    L-atti msemmija fil-Kapitolu I ta' l-Anness I għandhom japplikaw għall-Iżlanda sakemm jingħad għal att speċifiku li dan ma jkun japplika fl-Iżlanda. Għaldaqstant, il-paragrafu 2 tal-parti introduttorja tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għandu jiġi emendat.

    (7)

    Minħabba s-sitwazzjoni speċifika ta' l-Iżlanda fejn tidħol il-klima, il-lokalità ġeografika u n-natura tar-riżorsi disponibbli, it-tmiegħ ta' annimali li jixtarru b'għalf magħmul mill-ħut jista' jiġi aċċettat. Din l-awtorizzazzjoni tieħu kont ta' l-assenza tal-produzzjoni u l-importazzjoni ta' meat and bone meal fl-Iżlanda.

    (8)

    L-Iżlanda għandha bżonn perjodu ta' tranżizzjoni ta' 18-il xahar sabiex tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet fl-oqsma li qed isiru applikabbli fl-Iżlanda bl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefan Haukar JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 47, 21.2.2008, p. 10.

    (*)  Hemm obbligi kostituzzjonali indikati.


    ANNESS

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat hawn taħt:

    1)

    Il-Parti Introduttorja għandha tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    It-test tal-paragrafu 2 għandu jkun sostitwit mit-test li ġej:

    “Id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-Iżlanda, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar annimali ħajjin, barra minn ħut u annimali ta' l-akwakultura, kif ukoll prodotti ta' l-annimali bħal ma huma l-bajd għat-tnissil, l-embrijuni u ż-żerriegħa tar-raġel. Meta att m'għandux ikun japplika, jew inkella għandu jkun japplika parzjalment għall-Iżlanda, dan ikun dikjarat f'relazzjoni ma' l-att speċifiku.

    L-Iżlanda għandha timplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, fl-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma saret ir-reviżjoni ta' dan il-Kapitolu bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007, mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

    Il-Partijiet Kontraenti l-oħra jistgħu jużaw is-sistemi li għandhom għal ma' pajjiżi terzi meta jagħmlu kummerċ ma' l-Iżlanda f'oqsma mhux applikabbli fl-Iżlanda.”

    (b)

    It-test tal-paragrafi 3(c), 4D, 6(c), 7(c) u 8(d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2.”

    2)

    Il-kliem, “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma koperti mill-atti speċifiċi li għalihom issir referenza fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja” li jinsab fil-punti 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE) u 6 (Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE) fil-Parti 1.1, għandu jitħassar.

    3)

    Minflok il-kliem, “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma koperti mill-atti speċifiċi li għalihom issir referenza fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja”, li tinsab fil-punti 2 (Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE) u 8 (Deċiżjoni tal-Kunsill 85/73/KEE) fil-Parti 1.1, għandu jidħol “Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmiha fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja.”

    4)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja” fil-punti 3 (Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE) u 9 (Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE) fil-Parti 1.1.

    5)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punt 10 (Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Parti 1.1.

    6)

    Il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” li jinsab fil-punti 84 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/470/KE), 104 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/351/KE) u 114 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE) fil-Parti 1.2 għandu jitħassar.

    7)

    Il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma koperti mill-atti speċifiċi li jissemmew fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja” li jinsab fil-punti 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE), 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/641/KE), 31 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/958/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/958/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/971/KE), 87 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE), 88 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE), 106 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE), 111 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE), 113 (Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 2002/349/KE) u 115 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004) fil-Parti 1.2 għandu jitħassar.

    8)

    Minflok il-kliem, “Dan l-att għandu japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma koperti mill-atti speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja”, li jinsab fil-punti 2 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni Commission DKEision 91/398/KEE), 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/585/KEE), 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/637/KEE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/638/KEE), 6 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/176/KEE), 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/341/KEE), 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/373/KEE), 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/432/KEE), 12 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE), 15 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/563/KEE), 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/70/KEE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE), 23 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/338/KE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/339/KE), 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/957/KE), 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/970/KE), 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE), 42 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/105/KE), 46 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE), 116 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/253/KE), 117 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004), 118 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE) and 119 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004) fil-Parti 1.2 għandu jidħol “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja.”

    9)

    Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 1.2, għandu jitħassar il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punt 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/104/KE).

    10)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja” fil-punti 68 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KEE) u 74 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/139/KE) fil-Parti 1.2.

    11)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” qabel it-test ta' l-adozzjoni fil-punti 121 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE), 122 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/301/KE), 123 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE), 124 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE), 125 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE), 126 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/91/KE) u 129 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/64/KE) fil-Parti 1.2.

    12)

    Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 1.2, għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punti 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/62/KE) u 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/557/KE) fil-Parti 1.2.

    13)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja” fil-punti 57 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/152/KEE) u 60 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/394/KE) fil-Parti 1.2.

    14)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punti 1 (Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE), 2 (Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE), 3 (Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE) u 7 (Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE) fil-Parti 2.1 u l-punti 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE), 2 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/419/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE), 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/501/KEE), 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/502/KEE), 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE), 10 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/504/KEE), 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/505/KEE), 12 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE), 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/507/KEE), 14 (Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE), 15 (Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE), 16 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE), 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/255/KEE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/256/KEE), 19 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/257/KEE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/258/KEE), 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni/216/KEE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE, 23 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/354/KEE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/78/KE), 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE) u 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni/8/KE), 31 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE) u 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/427/KE), fil-Parti 2.2.

    15)

    Il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punti 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/53/KE), 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/70/KE) u 10 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/82/KE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar.

    16)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punti 1a (Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE), 2 (Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE), 3 (Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE), 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE), 9a (Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE) u 9b (Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-Parti 3.1 u l-punti 2 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/397/KEE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/42/KEE), 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/666/KEE), 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/455/KEE), 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE), 10 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/128/KE), 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/502/KE), 12 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/111/KE), 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/112/KE), 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE), 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/138/KE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/246/KE), 19 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/257/KE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/295/KE), 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/303/KE), 23 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/551/KE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE), 31 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/288/KE), 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE),33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE), 35 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393//KE), 36 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE) u 37 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE fil-Parti 3.2.

    17)

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 3.2, għandu jiddaħħal il-kliem "Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda fil-punti 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/297/KE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/176/KE), 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/526/KE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/362/KE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/435/KE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/402/KE), 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE), 27 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/435/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/832/KE), 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE), 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/66/KE), 31 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/235/KE), 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/773/KE) u 34 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/705/KE). 94/297/KE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/176/KE), 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/526/KE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/362/KE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/435/KE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/402/KE), 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE), 27 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/435/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/832/KE), 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE), 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/66/KE), 31 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/235/KE), 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/773/KE) u 34 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/705/KE).

    18)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att għandu japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punti 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 4.1 u għandhom jitħassru l-punti 51 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE), 63 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE), 65 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE), 66 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE), 68 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/878/KE), 72 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/390/KE), 73 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE) u 79 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE) fil-Parti 4.2.

    19)

    Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 4.2, għandu jitħassar il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punt 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/722/KE), 55 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KEE) u 56 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/904/KE).

    20)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika fl-Iżlanda” fil-punti 1 (Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE), 2 (Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE), 3 (Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE), 8 (Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) u 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) in Part 4.1 u l-punti 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/208/KEE), 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/339/KEE), 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/340/KEE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/381/KEE), 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/152/KEE), 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/274/KE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/275/KE), 24 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/327/KE), 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/963/KE), 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/98/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/117/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/294/KE), 34 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/307/KE), 35 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/329/KE), 36 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE), 37 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/410/KE), 40 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE), 41 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/93/KE), 42 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/94/KE), 43 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/95/KE), 54 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/258/KE), 56 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/504/KE), 57 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/678/KE), 58 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/262/KE), 59 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/263/KE), 61 (2001/106/KE), 64 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE), 67 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/598/KE), 69 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/205/KE), 70 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE), 71 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE), 74 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/886/KE), 75 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/226/KE), 76 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE), 77 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE), 78 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/315/KE), 80 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE), 81 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/65/KE) 82 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005) fil-Parti 4.2.21.

    21)

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 4.2, għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punti 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/267/KEE), 27 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/968/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/50/KE), 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/59/KE), 32 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/70/KE), 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/71/KE), 37 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/210/KE), 40 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/283/KE), 51 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/905/KE) u 57 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE).

    22)

    Il-kliem “Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, Kaptiolu 6(I)(A), it-tieni inċiż, għandhom japplikaw għall-Iżlanda.” fil-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-Parti 5.1 u l-punt 16 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-parti 8.1, għandu jitħassar.

    23)

    Il-kliem “Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, il-Kapitolu 6, japplikaw għall-Iżlanda fejn tidħol proteina ta' l-annimali pproċessata miksuba mill-ħut u maħsuba għal għalf għall-annimali. Għal proteina ta' l-annimali pproċessata miksuba mill-ħut u maħduna għall-konsum mill-bnedmin, il-kwistjoni għandha tkun riveduta fis-sena 2000” fil-punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-Parti 6.1 għandu jitħassar.

    24)

    Il-kliem “Dan l-att għandu japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punti 10 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/92/KEE), 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/51/KEE), 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE), 17 (Deċiżjoni tal-Kunsill 93/383/KEE), 19 (Deċiżjoni tal-Kunsill 94/117/KE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/306/KE), 21 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/356/KE), 28 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/149/KE), 37 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/757/KE), 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE), 42 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/225/KE), 43 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/226/KE) u 47 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/774/KE) fil-Parti 6.2 għandu jitħassar.

    25)

    Għandhom isiru l-emendi li ġejjin fit-testi ta' l-adattament fil-punt 12 (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

    1)

    Għandu jiżdied it-test li ġej fit-test adattat B:

    “L-IŻLANDA

    L-ISTITUT GĦALL-PATOLOĠIJA ESPERIMENTALI TA' L-UNIVERSITÀ TA' L-IŻLANDA

    KELDUR

    112 REYKJAVIK

    L-IŻLANDA”

    2)

    Għandhom jiddaħħlu t-test ta' adattament li ġejjin:

    D.

    Fl-Anness IV, punt 2, għandha tiddaħħal id-dispożizzjoni li ġejja:

    "L-Iżlanda tista' tibqa' titma' għalf ġej mill-ħut lill-annimali li jixtarru. L-għalf ġej mill-ħut għandu jkun prodott f'impjanti ta' l-ipproċessar li fihom isiru biss prodotti ġejjin mill-ħut.

    E.

    Id-dispożizzjonijiet dwar il-qerda ta' l-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli f'annimali ovini u kaprini li hemm fl-Anness VII, Kapitolu A, paragrafi 2.3, 3, 4, 5 u 6 m'għandhomx ikunu applikabbli għall-Iżlanda. Madankollu, huma biss annimali ovini li jistgħu jiddaħħlu f'dawk il-postijiet fejn tkun saret distruzzjoni totali, sakemm ma jkollhomx VRQ allele.

    F.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli A, B u D ta' l-Anness VIII fejn jidħol il-kummerċ fi ħdan il-Komunità u l-esportazzjoni ta' annimali ħajjin, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli A, B, D, E u H ta' l-Anness IX fejn tidħol l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali ħajjin, m'għandhomx ikunu applikabbli fl-Iżlanda.

    G.

    L-Iżlanda tibqa' tipprojbixxi l-importazzjoni ta' meat and bone meal kif ukoll ta' prodotti li jkun fihom meat and bone meal mill-Komunità, mill-Istati EFTA kif ukoll minn pajjiżi terzi.

    26)

    Għandu jitħassar il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda, iżda biss fejn jidħol l-eliminazzjoni u l-ipproċessar ta' skart ġej mill-ħut, it-tqegħid tiegħu fuq is-suq u l-prevenzjoni ta' patoġeni f'għalf ġej mill-ħut” fil-punt 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/562/KEE) fil-Parti 7.2.

    27)

    Għandu jitħassar il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 8.1.

    28)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” għandu jiddaħħal fil-punti 2 (Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE), 3 (Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE), 15 (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) u 16a (Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE) fil-Parti 8.1.

    29)

    Għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika fl-Iżlanda” fil-punti 1 (Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE), 3 (Direttiva tal-Kunsill 88/166/KEE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE), 7 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 411/98), 8 (Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE) u 10 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005) in Part 9.1 u l-punti 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/96/KE), 2 (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE), 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/433/KE) u 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE) fil-Parti 9.2.

    30)

    Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 9.2, għandu jiddaħħal il-kliem “Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda” fil-punti 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 78/923/KE) u 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/214/KE).


    Top