This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0132
Decision of the EEA Joint Committee No 132/2007 of 26 October 2007 amending certain Annexes and Protocols to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
10.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 100/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 132/2007
tas-26 ta' Ottubru 2007
li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 128 tal-Ftehim jistipula li kwalunkwe Stat Ewropew li jsir membru tal-Komunità għandu japplika biex isir Parti mill-Ftehim, u li t-termini u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-Partijiet Kontraenti u l-Istat applikant. |
(2) |
Wara li ntemmu b'suċċess in-negozjati għat-tkabbir tal-Komunità, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (“il-Partijiet Kontraenti l-Ġodda”) issottomettew l-applikazzjonijiet biex isiru parti mill-Ftehim. |
(3) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-ŻEE (“il-Ftehim ŻEE dwar it-Tkabbir”) kien iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Lulju 2007. |
(4) |
Skond l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim dwat it-Tkabbir taż-ŻEE, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, kif emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottat qabel l-1 ta' Ottubru 2004, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, għandu jorbot lill-Partijiet Kontraenti l-Ġodda skond l-istess kondizzjonijiet bħall-Partijiet Kontraenti Preżenti, kif iddefinit mill-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, u skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE. |
(5) |
Mill-1 ta' Ottubru 2004, numru ta' atti dwar il-KE kienu mdaħħla fil-Ftehim permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. |
(6) |
Sabiex jiġġarantixxu l-omogeneità tal-Ftehim u tas-sigurtà legali għall-individwi u għall-operaturi ekonomiċi, dawn l-atti għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti l-Ġodda sa minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE. |
(7) |
Skond l-Artikolu 3(6) tal-Ftehim dwat it-Tkabbir taż-ŻEE, fejn ikunu meħtieġa l-adattamenti ta' l-atti tal-KE mdaħħla fil-Ftehim qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE minħabba l-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-Ġodda fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u dawk l-adattamenti li ma kinux ipprovduti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, ser ikunu indirizzati skond il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim. |
(8) |
Skond l-Artikolu 4(3) tal-Ftehim dwat it-Tkabbir taż-ŻEE, kwalunkwe arranġament ta' rilevanza għall-Ftehim imsemmi jew adottat fuq il-bażi ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li permezz tagħhom twaqqfet l-Unjoni Ewropea (1) (“l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005” li mhuwiex fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, ser ikun indirizzat skond il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim. |
(9) |
Skond il-Protokoll 44 tal-Ftehim dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja skond it-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea, il-proċedura ġenerali dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet ipprovduta mill-Ftehim ser tkun applikabbli għal deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni tal-Kumunitajiet Ewropej fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 37 ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005. |
(10) |
Għal dan il-għan, ċerti Protikolli u Annessi għal dan il-Ftehim jeħtieġ li jiġu emendati. |
(11) |
L-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2) ipprovdut mill-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għandhom isiru parti mill-ftehim. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta' Ottubru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet fil-qasam tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, il-libertà tal-moviment tal-persuni, il-politika dwar il-kompetizzjoni, l-agrikoltura (legiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), is-sajd, il-politika dwar it-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjieg, l-ambjent, l-unjoni doganali, u r-relazzjonijiet esterni, għandu jiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3). |
(13) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta' Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet fil-qasam tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, il-libertà tal-moviment tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika dwar il-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluża l-legiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika dwar it-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika komuni barranija u ta' sigurtà u l-istituzzjonijiet, għandu jiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (4). |
(14) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jadatta diversi regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (5) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(15) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 37 ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija ma' l-Unjoni Ewropea (6), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 8, għandu jiddaħħal fil-Ftehim. |
(16) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/80/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam ta' l-enerġija, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(17) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/81/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 li tadatta d-Direttiva 95/17/KE dwar li ma jkunx inkluż ingredjent jew aktar fuq il-lista użata għall-ittikkettjar tal-prodotti kożmetiċi u d-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tal-miżuri li jridu jittieħdu kontra l-emissjoni ta' tniġġiż ta' gass u partikuli minn makni li jintużaw għall-vetturi, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (8). |
(18) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/82/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 li tadatta d-Direttiva 91/321/KEE dwar l-ikel tat-trabi u l-ikel tal-prosegwiment u d-Direttiva 1999/21/KE dwar ikel tad-dieta għal għanijiet mediċi speċjali, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (9). |
(19) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/83/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 li tadatta d-Direttiva 2002/4/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tat-tiġieġ li jbidu, koperta mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (10). |
(20) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (11). |
(21) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (12). |
(22) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (13). |
(23) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (14). |
(24) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/101/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam tal-ħelsien biex ikunu fornuti s-servizzi, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (15). |
(25) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/102/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttiva 67/548/KEE dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar tas-sustanzi perikolużi, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (16). |
(26) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (17). |
(27) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam ta' l-agrikoltura (leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (18). |
(28) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 73/239/KE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam tal-ħelsien biex ikunu fornuti s-servizzi, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (19). |
(29) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/107/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttiva 89/108/KEE dwar l-oġġetti ta' l-ikel iffriżati lest għall-konsum uman u d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (20). |
(30) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/108/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 90/377/KEE u 2001/77/KE fil-qasam ta' l-enerġija, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (21). |
(31) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/109/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttiva 94/45/KE dwar it-twaqqif tal-Kunsill Ewropew għax-xogħol jew dwar proċedura għal impriżi jew gruppi ta' impriżi fuq skala Komunitarja, bi skop li jinfurmaw u jikkonsultaw ma' l-impjegati, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (22). |
(32) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/110/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 95/57/KE, u 2001/109/KE fil-qasam ta' l-istatistika, għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (23). |
(33) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjani għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer ferali u t-tilqim ta' emerġenza tal-ħnieżer ferali kontra dik il-marda fil-Bulgarija għandha tiddaħħal fil-Ftehim (24). |
(34) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjani għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer ferali u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawk il-ħnieżer u ta' dawk il-ħnieżer li għandhom dik il-marda fir-Rumanija (25) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(35) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/924/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li tistabbilixxi l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (26) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(36) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/926/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/881/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni mal-fruntiera għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (27). |
(37) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/13/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tadatta d-Deċiżjoni 2002/459/KE fir-rigward taż-żidiet li għandhom isiru mal-lista ta' unitajiet tat-Traces computer network għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (28). |
(38) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/16/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni għall-kummerċ intrakomunitarju ta' sperma, bajd u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-ngħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija (29) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(39) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/17/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tapprova pjani għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intrakomunitarju fit-tjur u l-bajd tat-tfaqqis skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE (30) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(40) |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/18/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tapprova pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer skond id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (31) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(41) |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/19/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tapprova pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (32) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(42) |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tapprova pjani ta' kontinġenza għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar u tal-marda Newcastle (33) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(43) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/69/KE tat-18 ta' Diċembru 2006 li tawtorizza lir-Rumanija biex tippostponi l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE rigward it-tqiegħed fis-suq ta' żerriegħa ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (34) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(44) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/136/KE tat-23 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi miżuri tranżitorji għas-sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u kaprini fil-Bulgarija, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (35) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(45) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/228/KE tal-11 ta' April 2007 li tistabbilixxi miżuri tranżitorji għas-sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u kaprini fir-Rumanija, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (36) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
(46) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/329/KE tat-2 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta' Helianthus annuus ta' varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għall-Orobanche spp., għandha tiddaħħal fil-Ftehim minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija (37). |
(47) |
Billi l-Ftehim jestendi s-suq intern għall-Istati ta' l-EFTA, sabiex is-suq intern jiffunzjoni sew, hu neċessarju li din id-deċiżjoni għandha tibda tapplika u tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn. |
(48) |
Billi l-Ftehim dwar it-Tkabbir għadu ma daħalx fis-seħħ, iżda hu applikabbli fuq bażi proviżorja, din id-Deċiżjoni wkoll għandha tapplika proviżorjament, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbbir taż-ŻEE, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati fl-1 ta' Ottubru 2004, huma hawnhekk iddikjarati li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti l-Ġodda.
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun imfassal u awtentikat fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen mill-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 3
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999) ta' l-Appendiċi 1 għall-Protokoll 47 dwar it-tneħħija tal-barrieri tekniċi għall-kummerċ fl-imbid.
“— |
1 2005 SA: L-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hi mwaqqfa l-Unjoni Ewropea adottat fil-25 ta' April (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).” |
Artikolu 4
1. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi u l-Protokoll tal-Ftehim elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).” |
2. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi u l-Protokoll tal-Ftehim elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 R 1791: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).” |
3. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt tal-Protokoll tal-Ftehim imsemmi fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 R 2016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).” |
4. Jekk inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti ikun l-ewwel inċiż tal-punt in kwistjoni, għandu jiġi preċedut bil-kliem “, kif emendat skond:”.
5. Adattamenti oħra meħtieġa minħabba l-atti li ddaħlu fil-paragrafi preċedenti huma elenkati fil-Parti II ta' l-Annessi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. L-inciż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi għall-Ftehim elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0080: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/80/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 67).” |
2. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0081: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/81/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 92).” |
3. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0082: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/82/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 94).” |
4. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness VII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0083: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/83/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 97).” |
5. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness VIII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0096: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).” |
6. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness IX ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0097: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).” |
7. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0099: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137).” |
8. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XI ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0100: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).” |
9. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi tal-Ftehim elenkati fl-Anness XII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0101: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/0101/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).” |
10. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XIII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0102: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/102/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 241).” |
11. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XIV ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0103: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344).” |
12. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi tal-Ftehim elenkati fl-Anness XV ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0104: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).” |
13. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punti ta' l-Annessi tal-Ftehim elenkati fl-Anness XVI ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0105: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).” |
14. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XVII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0107: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/107/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 411).” |
15. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XVIII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0108: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/108/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 414).” |
16. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XIX ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0109: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/109/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416).” |
17. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XX ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 L 0110: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/110/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 418).” |
18. Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti ikun l-ewwel inċiż tal-punt in kwistjoni, għandu jiġi preċedut bil-kliem “, kif emendat skond:”.
19. Adattamenti oħra meħtieġa minħabba l-atti li ddaħlu fil-paragrafi preċedenti huma elenkati fil-Parti II ta' l-Annessi rispettivi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
1. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XXI ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 D 0924: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/924/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).” |
2. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness għall-Ftehim imsemmi fl-Anness XXII ma' din id-Deċiżjoni:
“— |
32006 D 0926: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/926/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 52).” |
3. L-inċiż li ġej għandu jkun introdott fil-punt ta' l-Anness tal-Ftehim imsemmi fl-Anness XXIII ta' din id-Deċiżjoni:
“— |
32007 D 0013: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/13/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 23).” |
Artikolu 7
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 7b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2004) fil-Parti 1.1: “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:
|
2) |
Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 132 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE) fil-Parti 1.2:
|
3) |
Taħt l-intestatura 'L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM DEBITAMENT IQISU' fil-Parti 3.2, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin wara l-punt 35 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/123/KE):
|
4) |
Taħt l-intestatura 'L-ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM DEBITAMENT IQISU' fil-Parti 4.2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 57 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE):
|
Artikolu 8
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti ta' tranżizzjoni u t-test ta' l-adattament fil-Punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu III ta' l-Anness II tal-Ftehim:
“Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:
— |
32007 D 0069: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/69/EC tat-18 ta' Diċembru 2006 li jawtorizza lir-Rumanija biex jippostponi l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE rigward it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 167). |
— |
32007 D 0329: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/329/KE tat-2 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta' Helianthus annuus ta' varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għall-Orobanche spp., minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 59).” |
Artikolu 9
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel it-test ta' l-adattament fil-punti 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92) u 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:
“Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:
— |
32006 R 1962: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 37 ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija ma' l-Unjoni Ewropea, (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 8, kif ikkoreġut bil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 8).” |
Artikolu 10
It-testi ta' l-Anness III, Kapitolu 2, punt 6 ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 11
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1791/2006, (KE) Nru 1792/2006, (KE) Nru 1962/2006, (kif ikkoreġuti mill-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 8), u (KE) Nru 2016/2006, id-Direttivi 2006/80/KE, 2006/81/KE, 2006/82/KE, 2006/83/KE, 2006/96/KE, 2006/97/KE, 2006/99/KE, 2006/100/KE, 2006/101/KE, 2006/102/KE, 2006/103/KE, 2006/104/KE, 2006/105/KE, 2006/107/KE, 2006/108/KE, 2006/109/KE and 2006/110/KE u d-Deċiżjonijiet 2006/800/KE, 2006/802/KE, 2006/924/KE, 2006/926/KE, 2007/13/KE, 2007/16/KE, 2007/17/KE, 2007/18/KE, 2007/19/KE, 2007/24/KE, 2007/69/KE, 2007/136/KE, 2007/228/KE u 2007/329/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*) jew, jekk jiġi wara, fil-jum li jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE.
Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, dan għandu japplika proviżorjament mid-data ta' l-adozzjoni.
Kwalunkwe rekwiżit Kostituzzjonali indikat minn Parti Kontraenti dwar kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmi fl-Artikoli 1, għandu jibqa' mhux affettwat minn din id-Deċiżjoni.
Artikolu 13
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.
(2) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(3) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38.
(6) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 8.
(7) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 67.
(8) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 92.
(9) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 94.
(10) ĠU L 362, 20.12.2006, p. 97.
(11) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81.
(12) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107.
(13) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137.
(14) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141.
(15) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238.
(16) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 241.
(17) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344.
(18) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352.
(19) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368.
(20) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 411.
(21) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 414.
(22) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416.
(23) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 418.
(24) ĠU L 325, 24.11.2006, p. 35.
(25) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34.
(26) ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48.
(27) ĠU L 354, 14.12.2006, p. 52.
(28) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 23.
(29) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 31.
(30) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 33.
(31) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 36.
(32) ĠU L 7, 12.1.2007, p. 38.
(33) ĠU L 8, 13.1.2007, p. 26.
(34) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 167.
(35) ĠU L 57, 24.2.2007, p. 23.
(36) ĠU L 98, 13.4.2007, p. 27.
(37) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 59.
(*) Obbligi kostituzzjonali huma indikati.
ANNESS I
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim:
|
Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji):
|
|
Fl-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) Kapitolu XV (Sustanzi peroklużi):
|
|
Fl-Anness XIII (It-Trasport):
|
|
Fl-Anness XVI (Ksib):
|
|
Fl-Anness XXI (L-Istatistika):
|
|
Fil-Protokoll 21 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi:
|
ANNESS II
PARTI 1
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 4(2) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim:
|
Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji):
|
|
Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):
|
|
Fl-Anness VI (is-Sigurtà soċjali):
|
|
Fl-Anness XIII (It-Trasport):
|
|
Fl-Anness XX (L-Ambjent):
|
|
Fl-Anness XXI (L-Istatistika):
|
|
Fl-Anness XXII (il-Liġi tal-kumpaniji):
|
|
Fil-Protokoll 26 dwar il-poteri u l-funzjonijiewt ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat:
|
|
Fil-Protokoll 47 dwar it-tneħħija tax-xkiel tekniku għall-kummerċ fl-inbid:
|
PARTI II
ADATTAMENTI OĦRA MEĦTIEĠA MINĦABBA L-ADEŻJONI
Fl-Anness VI (is-Sigurtà soċjali):
1. |
L-adattamenti tal-punt 1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) għandu jkun emendat kif ġej:
|
2. |
L-adattamenti tal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) għandhom ikunu emendati kif ġej:
|
ANNESS III
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Protokoll 47 dwar it-tneħħija tax-xkliel tekniku fil-kummerċ fl-inbid tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 6 ta' l-Appendiċi 1 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002). |
ANNESS IV
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(1) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi ta' dan il-Ftehim:
|
Fl-Anness II (ir-Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) Kapitolu IV (Oġġetti tad-dar):
|
|
Fl-Anness IV (l-Enerġija):
|
ANNESS V
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(2) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(2) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) tal-Ftehim:
|
Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):
|
|
Fil-Kapitolu XVI (il-Kożmetiċi):
|
ANNESS VI
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(3) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(3) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu XII (Oġġetti ta' l-Ikel) ta' l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 54a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE), |
— |
Il-Punt 54w (id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE). |
ANNESS VII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(4) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(4) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) ta' l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim:
— |
Il-Parti 9.2, il-Punt 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE). |
ANNESS VIII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(5) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(5) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) tal-Ftehim:
A. |
Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):
|
B. |
Fil-Kapitolu II (Trakters agrikoli u forestrali):
|
C. |
Fil-Kapitolu VII (Reċipjenti ta' pressjoni):
|
D. |
Fil-Kapitolu IX (Strumenti tal-kejl):
|
E. |
Fil-Kapitolu XI (Tessuti):
|
F. |
Fil-Kapitolu XV (Sustanzi perikolużi):
|
G. |
Fil-Kapitolu XIX (Dispożizzjonijiet Ġenerali fil-qasam ta' xkiel tekniku fil-kummerċ):
|
H. |
Fil-Kapitolu XXIV (Makkinarju):
|
ANNESS IX
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(6) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(6) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness XVI (Ksib) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), |
— |
Il-Punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), |
— |
Il-Punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE). |
ANNESS X
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(7) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(7) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 1 (L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE), |
— |
Il-Punt 2 (It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE), |
— |
Il-Punt 3 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE), |
— |
Il-Punt 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE), |
— |
Il-Punt 6 (is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE), |
— |
Il-Punt 9 (it-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill dwar il-liġi tal-Kumpaniji 89/667/KEE). |
ANNESS XI
PARTI 1
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(8) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(8) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE), |
— |
Il-Punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE), |
— |
Il-Punt 2a (id-Direttiva tal-Kunsill 98/5/KEE), |
— |
Il-Punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE), |
— |
Il-Punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/452/KEE), |
— |
Il-Punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/686/KEE), |
— |
Il-Punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE), |
— |
Il-Punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/1026/KEE), |
— |
Il-Punt 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/154/KEE), |
— |
Il-Punt 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/433/KEE), |
— |
Il-Punt 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE). |
PARTI II
ADATTAMENTI OĦRA MEĦTIEĠA MINĦABBA L-ADEŻJONI
Fil-paragrafu 1 ta' l-adattamenti fil-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE) fl-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku tal-kwalifiki professjonali), il-kliem “l-Artikolu 19, 19a, 19b, 19c u 19d” għandhom jinbidlu bit-termini “l-Artikolu 19, 19a, 19b, 19c, 19d u 19e”.
ANNESS XII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(9) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(9) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi tal-Ftehim:
|
Fl-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali):
|
|
Fl-Anness IX (Is-Servizzi finanzjarji):
|
ANNESS XIII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(10) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(10) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu XV (Sustanzi Perikolużi) ta' l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE). |
ANNESS XIV
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(11) TAD-DEĊIŻJONI:
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(11) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness XIII (it-Trasport) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE), |
— |
Il-Punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), |
— |
Punt 19 (Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE), |
— |
Il-Punt 24a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE), |
— |
Il-Punt 24c (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE), |
— |
Il-Punt 36a (id-Direttiva 2003//59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), |
— |
Il-Punt 37 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE), |
— |
Il-Punt 46a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE), |
— |
Il-Punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE). |
ANNESS XV
PARTI 1
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(12) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(12) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi tal-Ftehim:
|
Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), il-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarj):
|
|
Fl-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) il-Kapitolu XV (Sustanzi peroklużi):
|
PARTI II
ADATTAMENTI OĦRA MEĦTIEĠA MINĦABBA L-ADEŻJONI
Id-dħul għall-Iżlanda u n-Norveġja fl-adattament (b) fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE) tal-Parti 1.1 ta' l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), il-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) għandu jkun innumerat mill-ġdid bħala 28 u 29.
ANNESS XVI
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(13) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(13) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi tal-Ftehim:
|
Fl-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) il-Kapitolu XXIV (Makkinarju):
|
|
Fl-Anness XX (L-Ambjent):
|
ANNESS XVII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(14) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(14) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu XII (Oġġetti ta' l-Ikel) ta' l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), |
— |
Il-Punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE). |
ANNESS XVIII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(15) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(15) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE), |
— |
Il-Punt 19 (id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). |
ANNESS XIX
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(16) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(16) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE). |
ANNESS XX
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(17) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(17) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim:
— |
Il-Punt 7c (id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE). |
ANNESS XXI
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) ta' l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim:
— |
Il-Parti 3.2, il-Punt 32 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/176/KE). |
ANNESS XXII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) ta' l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim:
— |
Il-Parti 1.2, il-Punt 39 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/881/KE). |
ANNESS XXIII
LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(3) TAD-DEĊIŻJONI
L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jiddaħħal fejn ġej fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) ta' l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim:
— |
Il-Parti 1.2, il-Punt 46 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/459/KE). |