This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0085(01)
Decision of the EEA Joint Committee No 85/2007 of 6 July 2007 amending Annex VI (Social security) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2007 tas- 6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2007 tas- 6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 328, 13.12.2007, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 85/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 204 tas-6 ta' Ottubru 2005 dwar il-forom mudelli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (serje E 200) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 206 tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar il-metodi ta' ħidma u l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva tas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nri 184 u 188, bħalissa inkorporati fil-Ftehim, qed jiġu ssostitwiti bid-Deċiżjoni Nru 204, |
(5) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nri 86 u 159, bħalissa inkorporati fil-Ftehim, qed jiġu ssostitwiti bid-Deċiżjoni Nru 206, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness VI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
1. |
It-testi tal-punti 3.43 (id-Deċiżjoni Nru 158), 3.64 (id-Deċiżjoni Nru 188) u 3.8 (id-Deċiżjoni Nru 86) għandhom jiġu mħassra. |
2. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3.78 (id-Deċiżjoni Nru 202):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 204 u 206 fl-ilsien Iżlandiz u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 333, 30.11.2005, p. 42.
(2) ĠU L 254, 16.9.2006, p. 1.
(3) ĠU L 130, 18.5.2006, p. 39.
(*) Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.