Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0079

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2007 tas- 6 ta' Lulju 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 328, 13.12.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/79(2)/oj

    13.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 328/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 79/2007

    tas-6 ta' Lulju 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

    “—

    32006 R 1991: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 18).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1991/2006, fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 4

    (2)  ĠU L 411, 30.12.2006, p. 18.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top